Referenza: 10/2004

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/05/2005
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, FILLETTI JOSEPH A., SCICLUNA DAVID
Partijiet
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs ANTHONY CAMILLERI OMISSIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AMMISSJONI - APPELL FIERAGH - ARTIKOLU 450 TAL KAP 9 - ARTIKOLU 512 (3) TAL KAP 9
Fil-Qosor
Il-Qorti, per ezempju, tista' tkun tal-fehma li l-piena mitluba hija baxxa wisq tenut kont tal-gravita` tal-kaz, jew li l-piena hija harxa wisq tenut kont ta' xi cirkostanzi attenwanti li jkun hemm; jew li mas-sanzjoni jew mizura li tkun qed tintalab ma jkunx hemm sanzjonijiet jew mizuri ancillari li ghandhom jigu inkluzi bhal, per ezempju, konfiski, jew kancellament ta' licenzji, jew il-hlas tal-ispejjez peritali . F'dan il-kaz il-Qorti ghandha (dejjem qabel l-akkuzat iwiegeb ghall-mistoqsija)semplicement tichad it-talba minghajr ma taghti ebda ragunijiet, u dan peress li l-gudikant ma ghandu qatt, salv ghal eccezzjoni wahda, jindika x'piena (jew mizura) huwa jkun iqis li tkun addattata ghall-kaz qabel l-akkuzat jammetti. L-unika eccezzjoni - u f'dan ir-rigward il-qrati taghna mxew fuq il-prassi tal-qrati Inglizi - hija fis-sens li l-gudikant jista' jindika, fil-qorti bil-miftuh, li sia jekk ikun hemm ammissjoni u sia jekk le, is-sentenza ghandha tiehu forma partikolari (ez. piena karcerarja jew probation jew conditional discharge).




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni