Reference: 583/1997/1

Judgement Details


Date
18/03/2005
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
FLERI SOLER ANNA ET vs DIRETTUR GHALL-AKKOMODAZZJONI SOCJALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI - ORDNI TA` REKWIZIZZJONI
Summary
L-Artikolu 2 ta' l-Att dwar id-Djar (Kap. 125) jiddisponi:- "rekwizizzjoni tfisser it-tehid tal-pussess ta' bini jew il-htiega li l-bini jithalla f'idejn l-awtorita` li tohrog ir-rekwizizzjonijiet."Bil-hrug ta' ordni ta' rekwizizzjoni tinholoq sitwazzjoni jew stat guridiku li bih il-proprjetarju jigi spossessat mill-bini tieghu u hu obbligat li jirrilaxxja kull kontroll fuq dak il-bini li jippossjedi u jhallih f'idejn l-awtorita` rekwizizzjonanti. Ghalhekk, ordni ta' rekwizizzjoni ma ggibx maghha trasferiment tal-proprjeta` mis-sidien ghal ghand l-awtorita` rekwizizzjonanti, u s-sidienhuma intitolati li jippercepixxu l-kera minghand l-inkwilin.

Il-fatt li l-Gvern jirrekwizizzjona l-proprjeta` biex juzaha huwa stess bl-ebda mod ma jista' jbiddel in-natura ta' l-interferenza fid-dritt tal-proprjeta` minn wahda ta' kontroll ta' uzu ghal wahda ta' esproprjazzjoni de facto. Dan il-fatt bl-ebda mod ma immenoma d-dritt tar-rikorrenti li jaljenaw il-fond rekwizizzjonat jew id-dritt taghhom li jircievu l-kera. Ghalhekk, ghalkemm il-proprjeta` rekwizizzjonata qeghda tintuza mill-Gvern, din l-interferenza xorta tikkwalifika bhala kontroll ta' uzu ta' proprjeta u mhux esproprjazzjoni de facto.

Galadarba dan ma kienx kaz ta' esproprjazzjoni de facto izda kaz ta' kontroll ta' l-uzu ta' proprjeta`, wiehed irid jezamina t-tieni sentenza ta' l-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokol tal-Konvenzjoni jaghti dritt lill-iStat "li jwettaq dawk il-ligijiet li jidhrulu xierqa biex jikkontrolla l-uzu ta' proprjeta skond l-interessi generali . .". Il-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea dejjem taw lill-istat "a wide margin of appreciation" fl-applikazzjoni ta' dan it-tieni paragrafu.

Mhix korretta s-sottomissjoni illi l-proprjeta` tista' tinghad li qed tigi rekwizizzjonata fl-interess generali biss meta din tinghata lil terzi ghal skopijiet ta' abitazzjoni, izda mhux meta l-Gvern jirrekwizizzjona proprjeta` ghaliex ikollu bzonnha huwa stess biex juzaha bhala ufficini ta' dipartiment. Ghall-fini tal-kwistjoni jekk ir-rekwizizzjoni saritx fl-interess generali jew le, il-mistoqsija hija jekk il-proprjeta` gietx rekwizizzjonata sabiex tintuza ghal skop li huwa fl-interess generali, indipendentement minn min qed tigi uzata.

Ghalkemm it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu1 ta' l-Ewwel Protokoll jaghti diskrezzjoni aktar wiesgha lill-istati mit-tieni sentenza fl-ewwel paragrafu, fil-prattika l-Qorti Ewropea dejjem esigiet li dan il-paragrafu ghandu jinqara wkoll fid-dawl ta' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel paragrafu, u konsegwentement dan it-tieni paragrafu ghandu jkunukoll suggett ghat-test tal-"proporzjonalita`", u cioe` li jigi milhuq "a fair balance" bejn l-interess generali tal-komunita` u d-drittijiet fundamentali ta' l-individwu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info