Referenza: 477/2004

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/02/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
VALENZIA GEOFFREY
Partijiet
BUTTIGIEG JOSEPH ET vs MALTESE CROSS CO LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-QRATI ORDINARJI - ZGUMBRAMENT, KOMPETENZA RATIONAE MATERIAE
Fil-Qosor
Jekk issir talba anke wara li kirja tkun dahlet fil-fazi ta' rilokazzjoni biex tigi xjolta l-kirja ub'hekk il-perjodu jintemm qabel iz-zmien tieghu, dik it-talba ghandha issir quddiem il-Prim Awla utkun regolata bil-ligi ordinarja ghax it-talba tohrog mill-kompetenza specjali tal-Bord.

Metahemm lokazzjoni korrenti, u l-inkwilin jaghmel xi haga waqt din il-lokazzjoni, il-lokatur ma jkunxobbligat jistenna sakemm jispicca z-zmien tal-lokazzjoni biex jitlob ix-xoljiment tal-lokazzjoni ul-izgumbrament konsegwenzjali mill-post quddiem it-tribunali ordinarji, peress illi l-Bord tal-kerahuwa unikament investit ghall-kazijiet ta' rilokazzjoni. Dan il-principju ghandu jkun applikat ankeghall-kaz ta' perijodu ta' rilokazzjoni biex ikun dikjarat ix-xoljiment ta' dik ir-rilokazzjoni, anke fil-kazijiet illi l-inkwilin ikun ghamel dannu fil-fond. Infatti, jista jaghti l-kaz illi meta l-inkwilin kien diehel fil-perjodu ta' rilokazzjoni ma jkun ghamel ebda dannu fil-fond, u ghalhekk il-lokatur ma seta' jilmenta minn xejn u r-rilokazzjoni operat ruhha; izda waqt dak il-perjodu, specjalment jekk jkun twil, l-inkwilin ghamel dannu fil-post u l-lokatur in buona fede ma jkunx jista jistenna sakemm jispicca l-perijodu kollu tar-rilokazzjoni ghax forsi dak id-dannu jkun qieghed jaghmel hsara, forsi anke irreparabbli, lil post tieghu; allura f'kaz simili huwa evidenti illi l-lokatur ikollu d-dritt jadixxi t-tribunal ordinarju bit-talba tax-xoljiment tar-rilokazzjoni.

Ghalhekk il-lokatur ghandu dritt jadixxi t-tribunali ordinarji biex jiddikjaraw illi huwa waqa' minn dik il-lokazzjoni. Il-Bord huwa kompetenti mhux biex iddikjara d-dekadenzi izda biex jara jekk il-lokatur jistax jitlob ir-ripreza tal-pussess tal-fond, biex jimpedixxi r-rilokazzjoni meta z-zmien originali jewta' rilokazzjoni jkun sejjer jispicca; izda meta fil-kors tat-terminu l-lokatur jitlob id-dekadenzaghandu dejjem jaghmel l-azzjoni quddiem it-tribunal ordinarju komeptenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni