Referenza: 6/2004

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/02/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
FARRUGIA SAVIOUR vs DIRETTUR TAS-SIGURTA' SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT GHAL ASSISTENZA LEGALI
Fil-Qosor
Huwa innegabbli d-dritt ghas-smigh xieraq u l-facilita` li, fid-difiza tal-kaz tieghu, persuna ghandha jkollha rapprezentanza legali adegwat u effettiva. Dana, anke wkoll, sabiex jigi osservat il-principju kostituzzjonali u konvenzjonali ta' l-"equality of arms".

Irid jinghad illi ghalkemm id-disposizzjonijiet rilevanti tal-Kostituzzjoni u tal-Konvenzjoni jaghmlu espressa referenza ghall-proceduri penali, dan ma jfisserx illi fi proceduri civili l-istess dritt ma huwiex ukoll konsentit."Dan proprju ghaliex kemm il-Konvenzjoni kif ukoll il-Kostituzzjoni jassiguraw illi fid-determinazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi civili, kull individwu kien intitolat ghal smigh xieraq u adegwat.Smigh xieraq li certament jinkludi fost l-elementi kostitutivi tieghu dak ta' l-assistenza minn persuna kompetenti fid-difiza tal-jeddijiet tieghu".

Persuna li taghzel li tiddefendi lilha nnifisha, fejn il-Ligi tippermettih, ma tistax wara tilmenta li gew lezi d-drittijiet taghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni