Referenza: 1258/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/11/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
GRECH AIC JOSEPH vs VASSALLO AGIUS DR JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SPEJJEZ GUDIZZJARJI, EZISTENZA TAD-DRITT MITLUB
Fil-Qosor
L-art. 556 tal-Kap. 12 ighid hekk:

556. (1) Fuq talba ta' kull min ikollu interess, ir-registratur jintaxxa d-drittijiet li jmissu lil avukati, nutara pubblici jew prokuraturi legali, ghal xoghlijiet extra-gudizzjarji, bla hsara tal-jedd ghall-appell, lill-qorti ta' gurisdizzjoni kontenzjuza, fi zmien xahar, b'rikors, b'talba sabiex it-taxxa tigi emendata.

(2) It-talba sabiex jiguntaxxati d-drittijiet issr b'nota li turi x-xoghlijiet li ghalihom tintalab it-taxxa.

(3) Meta t-taxxa tintalab mill-kreditur, hu ghandu jwettaq bil-gurament quddiem ir-registratur dak kollu li jkun fiha n-nota.

(4) Iz-zmien ta' hawn fuq jibda jghodd, ghal min ikun talab it-taxxa, mill-gurnata li t-taxxa tigi maghmula, u, ghad-debitur, mill-gurnata li din it-taxxa tigi nnotifikatalilu.

(5) L-eghluq taz-zmien fuq imsemmi mhux ta' xkiel ghad-debitur biex b'kull mod moghtimill-ligi, jattakka l-ezistenza tad-dritt mitlub jew biex jipprova li dan id-dritt m'ghadux isehh.

Hawnhkk l-attur ma kienx qieghed jitlob emenda fit-taxxa, izda kien qieghed jattakka l-ezistenza tad-dritt ghax kien qieghed ighid illi s-servizz li ghalih kien intaxxat id-dritt ma nghatalux.Dan il-kaz ma jintlaqatc bis-subartikolu (1) izda bis-subartikolu (5), u l-gheluq taz-zmien ta' xahar ma japplikax.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni