Referenza: 716/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/11/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
FARRUGIA SACCO LINO
Partijiet
VELLA FRANCIS ET vs MALLIA RITA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KONVENJU, GHAL LIEMA TIPI TA` KONVENJI JAPPLIKA L-ARTIKOLU 1357 TAL-KAP. 16
Fil-Qosor
L-artikolu 1357 jaghmilha cara li qieghed jitkellem dwar weghda ta' bejgh u mkien ma jitkellem dwardivizjoni ta' proprjeta`. Infatti l-lokuzzjoni weghda ta' bejgh qeghdha cara fl-ewwel kif ukoll fit-tieni subartikolu apparti min-nota deskrittiva fil-margini. Fil-fehma tal-Qorti dan iwassal li tali artikolu mhux applikabbli ghall-kaz in ezami. Fejn il-ligi titkellem trid titkellem b' mod car (ubile vox voluit dixit) waqt li fil-kaz in ezami ghandna divizjoni ta' proprjeta` u mhux weghda ta' bejgh.

L-artikolu 1357 tal-Kap 16 huwa wiehed applikabbli specifikament ghal dak li ssemmi l-istess ligi, u cioe` ghall-bejgh li hu trattat specifikament taht it-Titolu VI tal-Kodici Civili. Infatti a differenza ta' atti interpellatorji ohra mhuwiex mehtieg li dina tkun giet notifikata lill-parti l-ohra; parti fil-konvenju kull ma trid taghmel huwa li tipprezenta fir-registru tal-Qorti attgudizzjarju fejn tesprimi dina l-volonta` taghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni