Referenza: 1046/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
20/10/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CUTRICO SERVICES LTD vs PACE PARASCANDALO MAURO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KUNTRATT, KONTRATTAZZJONI F`ISEM HADDIEHOR - KUNTRATT, KONTRATTAZZJONI RABTA PERSONALI
Fil-Qosor
Hija haga minn lewn id-dinja li bniedem normalment jikkontratta ghalih innifsu sakemm ma jindikax liqieghed jikkontratta f'isem haddiehor jew jekk dan ma jindikax espressament, il-kontraent l-iehor ikun ragonevolment jaf li jkun qieghed jikkontratta f'isem haddiehor.

Il-prova kontrarja naturalment kellha tispetta l-persuna li kien qed jidher f'isem u ghan-nom ta' haddiehor. Dan mhux bisskellu jipprova li hu kien qieghed jagixxi bhala mandatarju ta' haddiehor imma wkoll kellu jipprova illi tali fatt kien gie a konoxxenza tal-persuna li maghha jkun qieghed jikkontratta u dan sal-mumentmeta l-ftehim ikun gie finalizzat.

Jekk il-konvenut ma zvelax fil-mument opportun li kien qed jixtri ghan-nom ta' terzi ma jistax sussegwentement isostni li kien bhala fatt qed jikkontratta f'isem haddiehor.

Jekk il-konvenut ma hax kura li adegwatament jgharraf lill-attur li hu kienbiss semplici mandatarju u naqas ukoll li jipprova sodisfacentement il-fondament tal-eccezzjonijiettieghu, ma jistghax jippretendi li hu mehlus mill-obbligu tieghu tal-hlas versu l-kumpanija venditrici bl-iskuza li tali hlas jispetta li jsir minn haddiehor u mhux minnu.

Jispetta lill-gudikant li jizen ic-cirkostanzi ta' kull kaz biex jasal ghall-konvinciment jekk kellux ikun jew le apparenti lill-kontraenti illi xi parti kienet qed tidher in rapprezentanza ta' haddiehor. Certi kazijiethuma ovvji, ohrajn mhux daqstant ovvji. Fejn hemm dubbju pero`, wiehed kellu jipprezumi illi l-persuna li qed tikkontratta kienet hekk qed taghmel f'isimha proprju.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni