Referenza: 1003/1989/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/06/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MICALLEF RAPHAEL vs AGIUS ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPALT, DOVERI TAL-APPALTATUR - APPALT, ECCEZZJONI LI X-XOGHOL SAR FUQ INSISTENZA TA` L-APPALTANT - APPALT, RIMEDJI TAL-APPALTANT META X-XOGHOL MA JKUNX SKOND IS-SENGHA U L-ARTI - APPALT, SUPERVIZJONI - APPALT, XOGHOL LI MA JKUN TA` EBDA UTILITA` - OBBLIGAZIONE DI FARE, RIMEDJI TAL-KREDITUR
Fil-Qosor
Il-kommittent li jrid jelimina d-difetti a spejjez ta' l-appaltatur tieghu ghandu qabel xejn jirrivolgi ruhu lil dan, u fl-event li dan jibqa' passiv jew ma jintlahaqx qbil, il-kommittent jista' jipprocedi direttament ghall-eliminazzjoni tad-difetti minghajr il-htiega ta' konferma gudizzjali ta' l-inadempiment u tal-konsegwenti kundanna ta' l-appaltatur ghall-attwazzjoni specifika;

Il-premess hsieb dottrinali jsib riskontru fl-Artikolu 1127 tal-Kodici Civili taghna applikabbli ghal kaz fejn wiehed jonqos li jadempixxi obbligazzjoni di fare. Adempiment li jippresupponi wkoll li l-obbligazzjoni giet sewwa ezegwita, anke ghaliex, kif saput, "l-artefici ghandu jiggarantixxi l-bonta tax-xoghol tieghu, u din il-garanzija hi mplicita."

L-artikolu taht kumment jipprovdi in effetti illi "fil-kaz li ma tigix ezegwita obbligazzjoni li biha wiehed intrabat li jaghmel xi haga, il-kreditur jista' jigi moghti s-setgha li jiehu hsieb jezegwiha huwa nnifsu bi spejjez tad-debitur." Korrettement interpretat, "il-kreditur ta' obbligazzjoni 'di fare' ma hux obbligat f' kaz ta' inadempjenza tad-debitur, li jitlob l-awtorizzazzjoni tal-Qorti sabiex jezegwixxi huwa stess l-obbligazzjoni bispejjez tad-debitur."

Naturalment il-precitat dispost tal-ligi jrid jinqara unitament ma' l-Artikolu 1125 tal-Kapitolu 16, li hu generali u komprensiv ta' kwalsiasi obbligazzjoni: "Kull min jonqos li jesegwixxi obbligazzjoni li huwa jkun ikkuntratta, hu obbligat ghad-danni." Danni dawn lifil-kaz partikolari jridu jkunu fil-mizura korrispondenti ghall-ispiza necessarja ghall-eliminazzjoni tad-difetti;

Hu dmir ta' l-appaltatur, skond il-principji generali tad-dritt in materja ta'adempjenza kuntrattwali, illi dan ghandu jassikura li x-xoghol lilu kommess ikun ser isir utilmentu mhux b' mod li l-quddiem juri difetti. B' obbligu primarju jibqa' dejjem li "l-appaltatur hu obbligat jezegwixxi l-opra miftehma skond is-sengha"

Dan stabbilit, "jekk hu jaghmel ix- xogholhazin, lanqas ma huwa eskluz mir-responsabilita minhabba li hu jkun qaghad ghal dak li ried il-kommittent". Hija responsabilita` ta' l-appaltatur li jirrezisti ordnijiet li jmorru kontra s-sengha u l-arti.

Gie deciz ukoll illi "l-appaltatur li jezegwixxi hazin ix-xoghol li jifforma l-oggett ta' l-appalt huwa responsabbli ghad-dannu kollu li jigi minn dik l-ezekuzzjoni hazina tax-xoghol; u dan avvolja s-sorveljanza ta' dan ix-xoghol ikun hemm perit imqabbad mill-appaltant, jekk il-vizzju tax-xoghol ikun il-lavorazzjoni u mhux fid-direzzjoni tal-perit; u anke jekk il-perit jista' talvoltajkun kolpevoli fis-sorveljanza. In effetti l-perit kolpevoli ta' difett ta' sorveljanza ghandu rigress kontra l-appaltatur li jkun ikkommetta vizzji ta' lavorazzjoni."




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni