Referenza: 1551/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/05/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
ROAD SERVICING LTD vs GENERAL ROAD SERVICES LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL, SA META TRID TITHALLAS IL-GARANZIJA IN KAWTELA TA` L-ISPEJJEZ
Fil-Qosor
Il-legislatur ried jorbot il-hlas tal-kawtela - jew, ahjar, l-ahhar jum li fih tista' tithallas il-kawtela - ma' data cara u prestabilita, data li ma tkunx tista' tinbidel, per ezempju, minhabba rikors ghal differiment maghmul minn parti jew ohra, jew minhabba cirkostanzi li hadd - anqas il-Qorti -ma jkollu kontroll fuqhom, bhal per ezempju, il-mard ta' xi wiehed mill-Imhallfin komponenti din il-Qorti, jew xi emergenza (ez., theddida ta' bomba fl-edifizzju tal-Qorti) li minhabba fiha l-kawzi jigu differiti minghajr ma jissejhu. Bl-espressjoni ".jum qabel ma jibda jinstema' dak l-appell" wiehed ghandu neccessarjament jifhem il-jum stabbilit fl-avviz (li jinghata permezz ta' citazzjoni - Art.152(2), Kap. 12) bhala l-jum iffissat ghas-smiegh tal-kawza. L-espressjoni ".jekk meta tissejjah il-kawza." uzata fl-Artikolu 209(1) ma hi ta' ebda ostakolu ghal tali interpretazzjoni. Kull kawza trid tissejjah - mhux biss fl-ewwel jum stabbilit ghas-smiegh izda f'kull jum iehor li ghalih tigi differita, inkluza meta tigi differita ghas-sentenza. Bl-imsemmija espressjoni wzata fl-Artikolu 209(1)il-legislatur ried semplicement jevita sitwazzjoni fejn l-appell jigi dikjarat dezert minghajr ma tissejjah il-kawza - billi jigi dikjarat dezert b'digriet kamerali - kif ukoll sabiex ikun jista' jithaddem il-proviso ta' l-imsemmija disposizzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni