Reference: 125/2000/1

Judgement Details


Date
19/05/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MICALLEF CENSINU ET vs MUSCAT KATALD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, AKKWIEXXENZA JEW APPROVAZZJONI DA PARTI TAS-SID - LOKAZZJONI, IL-BZONN MA JINTITOLAX LIS-SID GHAR-RIPRESA TA` FOND KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, PROTEZZJONI TA` KIRJA TA` MAHZEN TAHT IL-KAP. 69 - LOKAZZJONI, RIPREZA MINHABBA BZONN TAS-SID - MAHZEN
Summary
Jibda biex jigi osservat illi skond l-Artikolu 2 tal-Kap 69 il-kelma "hanut" tfisser "fond mikri principalment ghall-bejgh ta' oggetti jew merkanzija, bl-ingrossa jew bl-imnut, posta s-suq, mahzen u fond b'licenza ghall-bejgh ta' mbejjed u spirti jew hwejjeg ta' ikel jew ta' xorb, sala tac-cine jewfond iehor principalment uzat ghal xi arti jew sengha jew bhala kazin".

Li jfisser allura illi biex fond "jigi kompriz fid-definizzjoni ta' "hanut" u cjoe jigi meqjus bhala fond kummercjali regolat mill-provvedimenti tal-Kap 69 irid ikun fond li ghalkemm jissejjah garage (jew remissa) ma jkunx hekk, jigifieri remissa fejn titpogga vettura (jew karettun), izda mahzen ghall-merkanzija, li ghall-iskop tal-ligi (Kap 69) jitqies fond kummercjali. Garage/remissa m'huwiex fond kummercjali tantilli s-sid jista' jinghata l-permess biex jirriprendi l-pussess tieghu jekk ikollu bzonn juzah huwastess jew il-membri tal-familja tieghu. Tip ta' ripreza li mhiex possibbli fil-kaz ta' fondi kummercjali".

Tajjeb li jigi precizat ukoll, bhala konsiderazzjoni pacifika tad-dritt f'materja konsimili, illi meta l-ligi tal-kera semmiet mahzen bhala fond protett minnha ma riedetx tinkludi f'dinil-klassifika ta' fondi kwalunkwe fond fejn wiehed jerfa' xi affarijiet, ikunu x'ikunu, imma riedettikkontempla fondi konnessi man-negozju, jew ahjar fondi li huma "mahzen" fejn wiehed izomm il-merkanzija tan-negozju tieghu. Ghalhekk persuna li ghandha hanut u zzomm band'ohra l-merkanzija taghhatkun qeghda tezercita f'dan il-post l-arti jew il-mestjier taghha. Biex allura r-remissa tircievi l-protezzjoni tal-ligi irid ikun hemm dik l-accessorjeta` necessarja bejn in-negozju tal-hanut u l-istess remissa b'mod li tirrendi l-uzu taghha parti minn dak in-negozju u talment inseparabbli minnu lijifforma haga wahda mieghu.

Ir-ricevuta ma hijiex hlief kwittanza tal-hlas tal-kera u d-destinazzjoni tal-fond fiha mhiex konklussiva biex tistabilixxi b'mod definittiv x'kien l-intendiment tal-kirja.

Jekk is-sid kien jaf li l-inkwilin qieghed juza l-fond bhala hanut u ma pprotestax,jew ma sabx oggezzjoni ghal dan l-uzu, jigi li ta l-kunsens tieghu tacitament ghal dak l-uzu, u majistghax allura jallega kontra l-inkwilin uzu divers minn dak li ghalih il-fond kien originarjamentmikri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info