Referenza: 258/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/04/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BUSUTTIL PETER vs PUBLIC BROADCASTING SERVICES LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, INKOMPATIBILITA` BEJN IL-PRESKRIZZJONI U L-ECCEZZJONI LI L-AMMONT MITLUB HUWA EZAGERAT - ECCEZZJONIJIET, INKOMPATIBILITA` BEJN IL-PRESKRIZZJONI U L-ECCEZZJONI TAL-KOMPENSAZZJONI - PRESKRIZZJONI, INKOMPATIBILITA` MAL-ECCEZZJONI LI L-AMMONT MITLUB HUWA EZAGERAT - PRESKRIZZJONI, INKOMPATIBILITA` MAL-ECCEZZJONI TAL-KOMPENSAZZJONI - PRESKRIZZJONI, PRESKRIZZJONI TA` SENTEJN TAHT L-ARTIKOLU 2149(C) TAL-KODICI CIVILI
Fil-Qosor
L-Artikolu 2149(c) tal-Kap 16 jipprovdi ghall-preskrizzjoni ta' sentejn fir-rigward ta' "l-azzjonijiet ta' avukati, prokuraturi legali, nutara, arkitetti u nginiera civili, u persuni ohra li jezercitaw professjonijiet jew arti liberali ohra, ghad-drittijiet taghhom u ghall-ispejjez li jkunu ghamlu".

Bl-introduzzjoni tal-kliem generici "persuni ohra li jezercitaw professjonijiet jew arti liberali ohra" huwa logiku illi fost dawn jirrientraw dawk il-professjonijiet intellettwali li jikkomprendu, b'ezemplari, l-gurnalist, graphic designer, fotografu, film producer, advertiser, interiordecorator u bosta ohrajn.

Hawnhekk l-appellat kien attur u direttur televiziv professjonista likien jippresta l-hila professjonali tieghu biex jikkreja l-"opus" mixtieq u ghalhekk ix-xoghol tieghu ma jistghax hlief jidhol fl-ezercizzju ta' arti liberali.

Hu desumibbli minn dawn ir-riflessjonijiet illi ghall-kreditu tal-attur appellat ghal dak ix-xoghol hi applikabbli l-preskrizzjoni ta' sentejn kontemplata fic-citat artikolu 2149 (c). Preskrizzjoni din li tolqot proprju l-azzjoni ghall-hlas tad-drittijiet u spejjes li ezercenti ta' arti liberali jkollu kontra l-klijent li jkun isserva bl-opra tieghu.

Huwa pacifiku qabel xejn illi l-oggett tal-preskrizzjoni huma d-drittijiet soggettivi sostanzjali. Dan huwa hekk logiku minn dak dispost fis-subinciz (2) ta' l-Artikolu 2107 liema artikolu jfisser il-preskrizzjoni bhala mezz liberatorju biex wiehed jehles minn azzjoni fejn il-kreditur ma jkunx ezercita l-jedd tieghu ghal zmien li tghid il-ligi. Zmien li bhala regola generali u b'disposizzjoni ohra espressa l-ligi tqisu li jibda jiddekorri mill-gurnata li fiha l-azzjoni tista' tigi ezercitata, minghajr ma jittiehed qies ta' l-istat jew tal-kondizzjoni tal-persuna li lilha din l-azzjoni tmiss (Art 2137). L-impossibilita` li wiehed jagixxi trid tkun impossibilita`ndipendenti mill-volonta` tieghu dovuta ghal kawza estranea li ma setax jirrimuovi.

Jezistusitwazzjonijiet fejn il-preskrizzjoni eccepita ma jibqala' l-ebda valur meta din takkompanja eccezzjoni ohra li maghha hija nkonciljabbli u nkompatibbli. Dan jigri, tipikament, fejn l-attitudni tad-debitur ma tkunx dik tad-difiza tal-inezistenza tad-debitu jew tac-cahda tad-dritt u l-azzjoni tal-attur izda tas-semplici kontestazzjoni tal-ammont. Konformement bhal fil-kaz tal-eccezzjoni tal-kompensazzjoni, eccezzjoni konsimili timporta rikonjizzjoni tad-dejn u dan ir-rikonoxximent jinterrompi l-preskrizzjoni, u jimporta wkoll rinunzja ghall-preskrizzjoni li tkun gja kompjuta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni