Referenza: 1044/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/01/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
FARRUGIA LAWRENCE vs CARABOTT FEDELA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KUNTRATT, CAUSA ILLECITA - KUNTRATT, CAUSA ILLECITA - UZURA - KUNTRATT, SA META TISTA` TITQAJJEM ECCEZZJONI TA` NULLITA` - KUNTRATT, SIMULAZZJONI
Fil-Qosor
L-Artikolu 987 tal-Kodici Civili tipprovdi li hija bla effett kwalunkwe obbligazzjoni maghmula fuq kawza falza jew illecita. Illecita fis-sens meta l-kawza hija pprojbita mil-ligi, jew kuntrarju ghall-ghemil xieraq jew ghall-ordni pubbliku. Il-konvenzjoni hija kontra l-ordni pubbliku meta hija kontra l-interess generali.

Huwa pacifikament akkolt illi fil-kaz ta' uzura gie dejjem ritenut lil-obbligazzjoni hija illecita ghall-mutwant, ghaliex il-vjolazzjoni tad-divjet tal-ligi hija maghmula unikament a favur tieghu u kontra l-interessi tad-debitur, li hafna drabi, jekk mhux dejjem, ikollu joqghod kontra l-volonta` tieghu.

Ifisser ghalhekk li kwalunkwe ftehim li l-partijiet jistghu jivvantaw biex il-kreditur jasal ghal fini tieghu li jiehu imghax aktar minn dak li tippermetti l-ligi huwa null.

L-Artikolu 1226 tal-Kodici Civili jippreskrivi illi "l-eccezzjoni ta' nullita` tista', f' kull zmien, tigi moghtija minn dak li jkun imharrek ghall-ezekuzzjoni tal-kuntratt, fil-kazijiet kollha li fihom hu nnifsu seta' jagixxi ghar-rexxissjoni." Rexxissjoni li kienet possibbli dwar kull ftehim li fih tkun nieqsa xi wahda mill-kundizzjonijiet essenzjali sabiex kuntratt ikunjiswa, jew li l-ligi tiddikjara espressament li hu null (Artikolu 1212 tal-Kodici Civili);

Sabiex umbaghad tirnexxi eccezzjoni ta' simulazzjoni hija mehtiega l-prova li dak li kien qieghed jigikontrattat ma kienx jirrispekkja l-verita`, izda kien jikkostitwixxi simulazzjoni. Ghalhekk l-indagini li trid issir ma tirrgwardax dak li jkun inkiteb izda dak illi verament kien qieghed isir ghaliex is-simulazzjoni ma tistax tbiddel is-sustanza tal-kontrattazzjoni.

Madanakollu iz-zamma fis-sehh tal-kuntratti hija haga ta' interess generali ghaliex hija principju ta' ordni pubbliku u allura din il-konsiderazzjoni tfisser li fl-impunjazzjoni ta' kuntratt, minhabba vizzju tal-kunsens wiehed ghandu jipprocedi bl-akbar cirkospezzjoni sabiex ma jigix annullat xi kuntratt validu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni