Referenza: 120/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/11/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
TURNER ANTHONY ET vs AGIUS FRANCIS ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI, PRINCIPJU TA` DEPENDENCY - DANNI, PRINCIPJU TA` OWN CONSUMPTION - DANNI, VOLENTI NON FIT INIURIA - IMGHAX, IN LIQUIDANDIS NON FIT MORA - IMGHAX, LIKWIDAZZJONI GUDIZZJARJA TA` TALBA GHALL-HLAS - IMGHAX, POSSIBILITA` LI JIDDEKORRI FUQ AMMONT MHUX LIKWIDAT - DATA TAS-SENTENZA TAL-PRIM` ISTANZA
Fil-Qosor
Hawnhekk il-Qorti sabet li passiggiera li ghazlet li tpoggi f'hogor passiggier iehor kienet ikkontribwiet fil-hsarat li hija garbet.

Ghall-finijiet tal-principju ta' dependency hemm differenzaf'sitwazzjoni fejn si tratta ta' mewt ta' kap ta' familja li, minnu din tkun qeghda tiddependi direttament, ghal xi sitwazzjoni ohra fejn invece ghaz-zamma u ghixien taghha si tratta ta' membru iehorta' familja li qeghdha tghix fi hdanha u li fin-normalita` tal-hajja l-probabilita` tkun li din tiehu l-istat taghha jew tmur tghix ghal rasha. F'dan il-kaz il-vittma kienet tfajla ta' 17-il sena u l-Qorti iddecidiet li kellha tnaqqas 2/3 mill-ammont ta' danni komplessiv likwidat bhala lucrum cessans proprju minhabba l-principju ta' dependency.

Ghal dak li jirrigwarda l-kwistjoni ta' "own consumption", il-Qorti irriteniet li jekk l-argument huwa li l-vittma potenzjalment kien ser ikollhasomma a disposizzjoni taghha, parti minnha zgur kienet ser tigi minfuqa. Ghalhekk irriteniet li tnaqqis ikkalkulat f'percentwal ta' hamsa u ghoxrin fil-mija (25%) kien wiehed realistiku.

Dwar id-dekorrenza ta' imghax, il-Qorti irriteniet illi l-imghax fejn it-talba kienet "da liquidare" ma kellux jghaddi mid-data tan-notifika tac-citazzjoni proprju minhabba l-principju in liquidandis non fit mora. Il-Qorti ziedet izda l-imghax kellu jibda jiddekorri mid-data ta' l-ewwel sentenza peress illi f'dak il-mument il-konvenut kellu idea tac-cifri involuti izda kien naqas milli jiddepozita ebdaparti mill-ammont ta' danni fil-Qorti sabiex jezimi ruhu mir-responsabilita`.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni