Reference: 37/2002/1

Judgement Details


Date
15/12/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GOLLCHER JAMES G vs ZARB GODFREY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ORDINANZA LI TNEHHI L-KONTROLL TAD-DJAR, DEKONTROLL WAQT IL-LOKAZZJONI - ORDINANZA LI TNEHHI L-KONTROLL TAD-DJAR, IL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA M`GHANDUX IL-KOMPETENZA LI JIFFISSA L-KERA TA` FOND DEKONTROLLAT - ORDINANZA LI TNEHHI L-KONTROLL TAD-DJAR, KOMPETENZA TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA F`KAWZI TA` ZGUMBRAMENT
Summary
Skond l-Artikolu 3 tal-Kap 69 sid il-kera ma jistax jgholli l-kera minghajr il-permess tal-Bord li Jirregola l-Kera. Fl-istess Kapitolu, mbaghad, hemm mahsub bl-liema mod jista' il-Bord jawmenta danil-kera.

Fil-kaz tal-Kap 158, invece, jinghad testwalment fis-subinciz (1) ghall-Artikolu 5illi "bla hsara ghad-disposizzjonijiet li gejjin ta' dan l-artikolu u ta' l-artikolu 6 ta' din l-Ordinanza, d-disposizzjonijiet ta' l-Ordinanzi dwar il-Kera ma ghandhom jghoddu ghall-ebda dar ta' abitazzjoni mnehhija mill-kontroll mill-gurnata li fiha d-dar tkun registrata skond id-disposizzjonijietta' l-artikolu 3 ta' din l-Ordinanza".

Issokta jinghad fis-subinciz (2) tal-istess artikoluilli "meta fit-tmiem ta' kirja ta' dar ta' abitazzjoni mnehhija mill-kontroll . . il-kerrej ikun cittadin ta' Malta u jkun jokkupa d-dar bhala r-residenza ordinarja tieghu, id-disposizzjonijiet tas-sub-artikolu (3) ta' dan l-artikolu ghandu jkollhom effett u d-disposizzjonijiet ta' l-Ordinanza li tirregola t-Tigdid tal-Kiri ta' Bini ghandhom japplikaw ukoll izda biss safejn dawn ma jkunux inkonsistenti ma' l-imsemmija disposizzjonijiet ta' dan l-artikolu".

Fuq is-suggett il-gurisprudenzataghna fissret dawn id-disposizzjonijiet bil-mod segwenti:-

"L-imsemmija kliem 'bla hsara ghad-disposizzjonijiet li gejjin ta' dan l-artiklu "juru li l-legislatur ried li l-principju li d-disposizzjonijiet tal-Ordinanza dwar il-Kiri - jigifieri l-Ordinanza li Tirregola t-Tigdid tal-Kiri ta' Bini u l-Ordinanza li Trazzan il-kera fuq id-Djar - m'ghandhomx jghoddu ghal dar ta' abitazzjoni dekontrollata mill-gurnata li fiha tkun registrata bhala dekontrollata ma kellux japplika jekk is-subartikoli l-ohra tal-Artikolu 5 kienu jiddisponu mod iehor.

Fiha ssokta jinghad illi "l-legislatur fis-subartikolu (2) ma ghamel l-ebda distinzjoni bejn dar dekontrollata qabel il-kirja u dar dekontrollata wara l-kirja izda stabilixxa biss x'ghandu jigri fit-tmien ta' kirja ta' dar dekontrollata, tkun saret meta tkun saret din il-kirja".

L-artikolu tal-Kap 158 kif emendat bl-Att XXIIIta' l-1979 ma jirregolax il-kirjiet ta' dar ta' abitazzjoni mnehhija mill-kontroll imma tirregola tali dar ta' abitazzjoni nfisha li tkun mikrija lil cittadin Malti u minnu okkupata. Il-mument rilevanti ghal-ligi allura ma baqax il-mument meta saret il-kirja, imma meta l-kirja ntemmet. Id-dekontroll sar ghal-ligi kwalita` tal-fond mehtiega biex taghti l-protezzjoni kontra l-izgombru lill-inkwilin taht regim gdid. Dana indipendentement minn meta l-istess fond gie dekontrollat jew jekk kienx hekk dekontrollat fil-bidu tal-kirja.

Ghalhekk il-Bord li Jirregola l-Kera ma jibqax kompetenti biex jiffissa l-kera ta' fond dekontrollat.

Fost id-disposizzjonijiet li fil-hsieb tal-legislatur ghandhom jipprevalu nsibu annoverat is-sub-paragrafu (c) tas-subinciz 3 tal-Artikolu 5 li jipprovdi dwar il-mod kif ghandu jawmenta ruhu l-kera ta' fond dekontrollat wara l-ewwel tigdid tal-kirja li jsir bis-sahha ta' dan is-subartikolu. L-awment ghalhekk hu operattiv "ope legis" u mhux il-kaz allura li wiehed jirrikorri lill-Bord ghaz-zieda kif proposta mill-appellanti, bazata fuq l-indici ta' l-inflazzjoni. Dan ghaliex proprju f'dan l-istess subparagrafu (c) il-ligi dan tipprovdi ghalih espressament u takkorda din il-fakolta` lis-sid proprju skond il-bazi proposta mill-appellanti fir-rikors promotur tieghu. B'hekk bl-intervent tal-ligi stess la s-sid, fil-kaz ta' pretensjoni ghall-awment u lanqas l-inkwilin, fil-kaz ta' pretiza ghall-fissazzjoni tal-kera xieraq, ma ghandhom htiega li jirrikorru lil xi tribunal jew qorti biex wara l-ewwel tigdid, jew dawk wara t-tmiem ta' kullhmistax il-sena, l-fond jerga' jigi lokat lill-istess inkwilin b'kera awmentat.

Id-dritt hekk koncess direttament mil-ligi hu fakoltattiv ghas-sid u jista' jezercitah jew le. Minn naha l-ohra, kif ritenut f'xi sentenzi, gie affermat il-punt illi jekk talba ghall-awment ma ssirx precizamentu puntwalment fid-data tal-iskadenza li tirrikorri wara li jghaddu 15-il sena dan ma jfisserx illi allura dak id-dritt ta' awment jintilef ghal-15 il-sena.

Huwa minnu li l-Bord li Jirregola l-Kera jibqa' kompetenti biex jiddeciedi certi materji specifikament imsemmija fil-Kap 158 b'mod partikolari dawk espressament menzjonati fis-subparagrafu (b) ghas-subinciz (3) tal-Artikolu 5. Ad exemplum, talba ta' zgumbrament bazata fuq il-morozita` fil-hlas tal-kera.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info