Reference: 567/1997/1

Judgement Details


Date
17/11/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PARNIS RAYMOND NOE vs SR WOODWORK LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, CESSJONI - LOKAZZJONI, KUNCETT TA` TRASFERIMENT TAL-KIRJA TAHT IL-KAP. 69 - LOKAZZJONI, META KOMPROPRJETARJU JAWTORIZZA CESSJONI JEW SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, META MAGHMULA MINN WIEHED MILL-KOMPROPRJETARJI
Summary
L-Artikolu 1527 tal-Kodici Civili jipprovdi li:

"Il-kiri li jsir minn wiehed mill-kompossessuri tal-haga, minghajr awtorizzazzjoni b' sentenza tal-qorti kompetenti jew minghajr il-kunsens ta' xi wiehed mill-kompossessuri l-ohra, jista' fuq talba ta' dan il-kompossessur l-iehor, jigi annullat,kemm-il darba din it-talba ssir fi zmien xahrejn minn dak in-nhar li dan il-kompossessur l-iehor ikun sar jaf b' dak il-kiri.";

Huwa evidenti illi l-precitat artikolu huwa intimament allaccjatmal-kuncett tal-komunjoni tal-beni. Li jfisser li hekk kif wiehed mill-ko-proprjetarji ta' fond komuni ma jistax jaqbad u jokkupa dak il-fond kontra l-kunsens tal-ko-proprjetarji l-ohra, jew jipprekludi lil dawn milli jaghmlu uzu huma wkoll mill-istess fond, hekk ukoll komproprjetarju ma jistax jikri, indipendentement mill-komproprjetarji l-ohra, is-sehem indiviz tieghu ghaliex b'hekk hu jkun qieghed jaghti t-tgawdija kemm ghas-sehem indiviz tieghu kif ukoll ghas-sehem tal-komproprjetarji l-ohra ghaliex l-inkwilin ma jkunx jista' jgawdi mill-parti tal-lokatur minghajr ma jgawdi mill-parti tal-komproprjetarji l-ohra.

Fit-test imsemmi, il-ligi ma tirrikjedi l-ebda gusta kawza ghall-annullament tal-kirja li tkun saret kif fl-imsemmi artikolu prevvist, imma trid biss li dil-lokazzjoni tkun saret minghajr il-kunsens tal-komproprjetarji jew l-awtorizzazzjoni tal-Qorti kompetenti, uli l-azzjoni tendenti ghall-annullament taghha tkun giet intavolata fiz-zmien preskritt ta' xahrejn,inkella ma tissussistix.

Huwa pacifiku illi ma jistax jinghad li t-tidwir ta' licenzja minnisem ta' persuna ghall-isem ta' persuna ohra jammonta ghal cessjoni, u li dan it-tidwir huwa nvalidujekk sar bla skrittura.

Il-lokuzzjoni tal-verb "ittrasferixxa" jew "made over" fit-test Ingliz, adoperati mil-ligi fl-Artikolu 9 tal-Kapitolu 69 tikkolpixxi kull forma ta' trasferiment tal-kirja li ssir minghajr il-kunsens espress tas-sid, u ma jaghmel l-ebda distinzjoni bejn trasferiment oneruz u gratuwitu, u konsegwentement mhux rikjest li jkun thallas xi korrispettiv biex jissussisti t-trasferiment tal-kirja kontemplat fl-Artikolu 9.

Il-gurisprudenza ghamlet distinzjoni bejn iz-zewg kuncetti ta' "trasferiment" u "cessjoni". Dan ghamlitu biex issostni l-punt illi cessjoni kifmifhuma fis-sens strett ta' "bejgh ta' kreditu, ta' jedd jew ta' azzjoni" (Artikolu 1469, Kodici Civili) jirrikjedi, oltre l-kitba, l-ezistenza ta' korrispettiv bhala element baziku ta' kull xorta ta' bejgh.

Skond l-istess vot ta' l-Artikolu 1527 il-ligi tikkontempla kirja gdida li tkun saret minn xi hadd fost il-kompossessuri u mhux ir-rikonoxximent ta' cessjoni ta' kirja minn wiehed mill-kompossessuri u li, kif manifest, hi sitwazzjoni ben diversa;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info