Referenza: 2739/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/01/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
DEPASQUALE FRANCO
Partijiet
MIFSUD HERBERT ET vs LENTINI JAMES EDWARD
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ORDINANZA LI TNEHHI L-KONTROLL TAD-DJAR, DEKONTROLL WAQT IL-LOKAZZJONI - PRESKRIZZJONI, INTERRUZZJONI TA` - PRESKRIZZJONI, META TISTA` TIGI SOLLEVATA
Fil-Qosor
Il-Qorti m'ghandhiex ghalfejn tidhol fil-kwistjoni ta' jekk ghandhiex taccetta l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni ladarba l-preskrizzjoni tista' tigi sollevata f'kull stadju tal-kawza. Ghalhekk lanqas huwa necessarju li jsir rikors biex jintalab permess mill-konvenut li jaghti l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni.

Dikjarazzjoni mill-konvenut li lest li jhallas dak li jirrizulta dovut kif isiru l-konteggi relattivi u jittiehdu in konsiderazzjoni d-dritt ta' l-esponenti ma tammontax ghal interruzzjoni tal-preskrizzjoni.

Il-gurisprudenza li ssostni li r-registrazzjoni tad-dekontroll wara li tidhol fis-sehh il-kirja ma tiddiprivax lill-kerrej mill-protezzjoni akkordata mil-ligi tal-kera, m'ghadx ghandha aktar rilevanza ghax tali gurisprudenza tirrigwarda s-sitwazzjoni qabel ma saru l-emendi ta' Kapitolu 158.

Il-posizzjoni korrenti hija li wiehed ma jistax aktar jghid li r-registrazzjoni m'ghandhiex ikollha l-effett li tippriva lill-kerrej mill-protezzjoni tad-drittijiet tieghu li tahthom ikun ikkuntratta billi dawn id-drittijiet tal-kerrej fit-tmiem ta' kirja u, wiehed jista'jzid, id-drittijiet tas-sid ta' dar dekontrollata, huma espressament regolati mil-legislatur bla ebda distinzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni