Referenza: 463/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/10/2003
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A., CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
SCICLUNA GREGORIO SIVE GODWIN vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, F`LIEMA STADJU TAL-ITER PROCESSWALI TAL-PROCEDURI ORDINARJI GHANDU JITQAJJEM ILMENT KOSTITUZZJONALI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - META JINTILFU PROVI
Fil-Qosor
Is-semplici fatt li jintilfu xi ezibiti fi proceduri kriminali di per se ma jammontax ghal lezjoni tad-dritt ghal smiegh xieraq. Sabiex tigi ravvizata vjolazzjoni tkun trid issir prova specifika f'danis-sens. Tali vjolazzjoni ma tistax tigi stabilita a priori.

Biex jigi determinat kienx hemmjew le vjolazzjoni tad-dritt ghal smigh xieraq, il-valutazzjoni jew l-apprezzament ma ghandux isirfuq xi incident jew fattur izolat f'dawk il-proceduri, izda invece ghandu jsir fil-konfront tal-process kollu, fl-assjem tieghu. Dan ifisser ukoll li normalment u bhala linea di massima - l-apprezzament irid isir fil-konfront ta' l-istadji kollha tal-proces billi difett li seta` okkorra fil-proceduri quddiem l-ewwel istanza jista', facilment jigi retifikat quddiem it-tieni istanza bil-mezz ordinarju ta' l-appell. Dan huwa hekk anke ghaliex, bhala norma, l-applikant huwa obbligat li jezawrixxir-rimedji ordinarji qabel ma jghaddi biex jezercita l-mezzi straordinarji ta' impunjazzjoni bazati fuq l-allegazzjoni ta' vjolazzjoni ta' drittijiet fondamentali. Jekk ma jghamlux hekk, ikun qieghedjesponi ruhu ghall possibilita` moghtija espressament lill-Prim Awla tal-Qorti Civili li taghzel litiddeklina li tezercita s-setghat taghha biex tassigura t-twettiq ta' l-istess drittijiet fundamentali, jekk hija tkun sodisfatta li mezzi xierqa ta' rimedju ghall-ksur allegat huma, jew kienu, desponibbli favur l-applikant, skond il-ligi ordinarja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni