Referenza: 1852/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/07/2003
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
GENERAL SOFT DRINKS CO. LTD. vs PORTANIER BROS LTD.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET TAL-AWTUR, IKKUPJAR - DRITTIJIET TAL-AWTUR, ORIGINALITA` TAX-XOGHOL
Fil-Qosor
Sabiex tinghata protezzjoni lid-drittijiet ta' l-awtur huwa mehtieg li jkun hemm originalita` fis-sengha jew xoghol involuti fl-ezekuzzjoni tax-xoghol, u mhux originalita` fil-hsieb, li hi mehtiega. Il-kelma "originali" ma jfissirx li l-kelma trid tkun espressjoni ta' hsieb originali jew inventiv. L-originalita` mehtiega tirreferi ghall-espressjoni tal-hsieb.

Meta, pero`, hu evidenti li l-ammont ta' sforz maghmul biex jinholoq ix-xoghol artistiku huwa minimu, ikun hemm generalment ksur tal-copyright biss jekk ikun hemm ikkupjar sostanzjali tax-xoghol originali.

Kwantu ghal dak lihuwa ikkupjar, huwa veru li tnejn minn nies jistghu jaslu indipendentement minn xulxin biex jipproducu l-istess bicca xoghol artistika, li tista' tkun addirittura identika. Izda meta jkun hemm similaritajiet li jolqtu l-ghajn u jigi provat li x-xoghol ta' l-attur huwa aktar antik minn dak tal-konvenut, il-Qorti tkun tista' tasal ghall-konkluzjoni li kien hemm ikkupjar minkejja spjegazzjoni diversa tal-konvenut.

Dana japplika wkoll meta l-ikkupjar ikun parzjali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni