Reference: 1234/1993/1

Judgement Details


Date
03/07/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
CAMILLERI BERTU vs SCIBERRAS JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, IBBAZATA FUQ IL-MERA DETENZJONI - ACTIO SPOLII, KUNCETT TA` VJOLENZA - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET LI JISTGHU JIGU KONSIDERATI MILL-QORTI - ACTIO SPOLII, L-ATTUR GHANDU JIPPROVA LI L-KAWZA TKUN SARET ENTRO T-TERMINU TA` XAHAREJN - ACTIO SPOLII, LIEMA TIPI TA` PUSSESS HUMA PROTETTI
Summary
Min igib 'l quddiem azzjoni ta' spoll de recenti, fiz-zmien hekk imsejjah "privileggjat", u jirnexxifiha, hemm bzonn li jipprova tliet rekwiziti, li huma (a) possedisse, (b) spoliatum fuisse, u (c)infra binestre deduxisse; liema spoll irid ikun vjolenti u klandestin.

F'materja ta' spoll, ma tistax tigi permessa ebda eccezzjoni qabel ma' jigi reintegrat l-ispoll, ghax spoliatus ante omnia restituendus, billi din l-azzjoni hija ta' ordni pubbliku, u hi intiza illi tipprojbixxi illi wiehed jaghmel gustizzja b'idejh u minghajr l-intervent tat-tribunali.

L-azzjoni ta' spoll hijaprivileggjata, u kontra taghha m'huwiex ammissibbli eccezzjonijiet ohra hlief dilatorji, u l-ezami tal-Qorti ghandu jkun limitat ghall-fatt ta' l-ispoll u tal-pussess, u mhux ghall-investigazzjoni tan-natur tal-pussess tal-ispoljat; dana ghaliex il-ligi ma tirrikjedix hlief pussess materjali u ta' fatt. Ghal din l-azzjoni l-ligi ma tirrikjedix prova tal-leggittimita' tal-pussess tat-turbat, u takkorda r-reintegrazzonji anke kontra l-possessur in mala fede u kontra l-istess proprjetarju tal-hagali taghha hemm il-pretensjoni li gie kommess spoll. Hemm ir-rekwizit ta' spoll anke meta l-ispoljatghandu s-semplici detenzjoni, u l-uniku kaz fejn il-gudizzju ta' l-ispoll jista' jigi sospiz, huwa meta l-pussess ikun ekwivoku u mhux manifest. Intqal ukoll li l-possessur jista' jirnexxi f'din l-azzjoni, "comunque breve ed illegittimo posso essere stato tale possesso".

L-azzjoni ta' spoll tirnexxi anke jekk il-pussess huwa prekarju; pussess materjali ta' kwalunkwe xorta huwa bizzejjed. Intema legali jinghad li l'actio spolii hija radikata pjuttost fuq l-esigenzi ta' utilita' socjali milli fuq il-principju assolut tal-gustizzja, u hija eminentement intiza sabiex tkun estiza l-protezzjoni lil kwalunkwe pussess, u jigi impedut lic-cittadin privat jiehu l-gustizzja b'idejh, b'mod li l-fini taghha huwa dak li jigi restawrat l-istat tal-pussess li jkun giet skonvolt jew turbat.

Dwar ir-rekwiziti ta' vjolenza jew klandestinita`, jigi rilevat, fl-ewwel lok, li mhux rikjesti dawniz-zewg rekwiziti f'daqqa, izda jekk tirrizulta wahda jew ohra, ikun sufficjenti u, fit-tieni lok,li mhux mehtieg il viz atrox, cioe', xi vjolenza fizika jew morali fuq il-persuna tal-possessur jewtad-detentur, imma bizzejjed il-vjolenza fuq il-haga, liema vjolenza tavvera ruhha jekk l-opra spoljatrici tkun saret kontra l-kunsens tal-istess possessur jew detentur.

Illi rigward it-terminuta' xahrejn, dan hu element li, kif gie deciz kemm-il darba, ghandu jigi pruvat mill-attur.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info