Referenza: 1364/1991/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/06/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
CAMILLERI ANDREW vs SAYLES DANIEL EDWIN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BEJGH, AKKWIEXXENZA DA PARTI TAX-XERREJ - BEJGH, DISTINZJONI BEJN DIFETT U KWALITA` - BEJGH, KWALITA` PATTUWITA RIMEDJU DISPONIBBLI - BEJGH, KWALITA` PATTUWITA TISTA` TITQAJJEM PER VIA DI ECCEZZIONE - BEJGH, MHUX TAL-KWALITA` PATTUWITA - META X-XERREJ IZOMM L-OGGETT MIBJUGH - CITAZZJONI, META T-TALBIET MA JIGUX NUMERATI
Fil-Qosor
Mhux l-inosservanzi kollha voluti jew imposti mil-ligi ghall-awtenticita` ta' l-att tac-citazzjoni jikkostitwixxu nullita` ta' l-att promotur tal-gudizzju. In-nuqqas ta' enumerar tat-talbiet fic-citazzjoni ma ggibx l-invalidita` ta' l-att;

Id-dritt rizervat mil-ligi lill-kompratur bl-Artikolu 1390 tal-Kodici Civili jista' jigi ezercitat "per via di eccezione".

Issa l-Artikolu 1390 citat mill-konvenut jipprovdi illi "jekk il-haga li l-bejjiegh igib biex jikkunsinna ma tkunx tal-kwalita` miftehma, jew ma tkunx bhal kampjun li fuqu l-bejgh ikun sar, ix-xerrej jista' jaghzel jew lijirrifjuta l-haga u jitlob id-danni, jew li jircievi l-haga bi prezz anqas fuq stima ta' periti";

Huwa desumibbli minn dan il-provvediment illi r-rimedju akkordat mil-ligi lill-konvenut-xerrejkien wiehed duplici. Jew li jirrexindi l-ftehim minhabba inadempjenza ta' l-atturi-vendituri u jitlob id-danni, jew li jzomm l-oggetti lilu konsenjati imma jesigi riduzzjoni fil-prezz. F'din it-tieni ipotesi l-ftehim jibqa' jissussisti pero` l-kompratur ikollu dritt jigi kompensat minhabba inadempjenza kontrattwali tal-venditur;

L-accettazzjoni da parti tax-xerrej ta' oggetti li ma jkunuxskond il-ftehim ghandha titqies bhala akkwiexxenza ghall-prestazzjoni inezatta. Ghalhekk ma jispettax iktar lix-xerrej ir-rikors ghar-rimedji kontra l-inadempjiment.

Oggett tal-kwalita` differenti ma jippresupponix necessarjament imperfezzjoni tal-istess oggett. Fin-nuqqas tal-kwalitajiet miftehma, fil-fatt il-haga hija differenti minn dik miftehma imma tali gudizzju jipprexxindi kjaramentminn dak relattivi ghall-integrita` u adegwatezza tal-oggett in relazzjoni ghall-funzjoni tipika tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni