Reference: 1168/1977/1

Judgement Details


Date
28/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
FAUZZA JOHN vs MIFSUD BONNICI CARMELO LL.D.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
IMPJIEG, KUNTRATT DEFINIT - IMPJIEG, RAGUNI TAJBA U BIZZEJJED SABIEX IMPJIEG JIGI TERMINAT - IMPJIEG, TERMINAZZJONI HIJA RIMEDJU DRASTIKU - IMPJIEG, TKECCIJA INGUSTA
Summary
Ir-raguni tajba ghal licenzjament qabel iz-zmien trid tigi ppruvata mill-padrun li jallegaha.

Li jfisser li wiehed irid jezamina jekk l-addebiti promossi kontra l-impjegat jirrizultawx u jekk gewx fuq kollox pruvati. Sussegwentement, jekk l-ezitu jkun fl-affermattiv, il-piena tat-tkeccija kienetx kommensurata ma' l-att jew atti attribwibbli lilu, dejjem tenut qies tac-cirkostanzi kollha tal-kaz.

Il-motiv tal-licenzjament irid ikun abitwali jew ta' certa gravita`. L-insubordinazjoni tal-impjegat tista' twassal ghat-tkeccija immedjata tieghu jekk tkun abitwali jew ta' natura gravi.

Din il-gravita` tista' tirrizulta mill-fatt fih innifsu jew, inkella, kif illustrat ukoll minn gurisprudenza fuq il-principju, minn reiterazzjoni sistematika ta' fatti diversi. Il-kawzali gustifikativi tal-licenzjament immedjat iridu normalment ikun gravi u ripetuti, u mhux biss okkazjonalijew kazwali; imma mhux eskluz li anke raguni gravi wahdenija, taht ic-cirkostanzi ta' certi kazi, anke mhux reiterata jew kawzali, tista' tigi kunsidrata gravi u gustifikativa ta' recess immedjat, nonostante li tkun timplika provvediment hekk qawwi u ahrax.

Il-gravita` tar-raguni tkun tali li tirrendi l-assoluta impossibilita` tal-presenza tal-haddiem fuq il-post tax-xoghol.

Ir-regola tal-warnings giet stabbilita biex jigu evitati tkeccijiet vessatorji, oppressivi jew motivati minn skatti momentanei.

Min ihaddem jista' biss ikecci impjegat wara li jkun ta' warnings lill-impjegat u wara li jkun ta lill-impjegat opportunita` li jispjega l-posizzjoni tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info