Reference: 2448/1999/1

Judgement Details


Date
10/04/2003
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Parties
STRAND MARINE LTD vs SCERRI ANDRE JEAN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITT TA` PROPRJETA`, TRASFERIMENT TA` HWEJJEG IMMOBBLI - DRITT TA` PROPRJETA`, TRASFERIMENT TA` HWEJJEG MOBBLI - DRITT TA` PROPRJETA`, TRASFERIMENT TA` HWEJJEG MOBBLI LI JEHTIEGU REGISTRAZZJONI
Summary
L-Artikolu 558(1) tal-Kodici Civili jipprovdi li:

"Ghal dawk li huma hwejjeg mobbli minnhominfishom, jew titoli ghall-purtatur, il-pussess ghandu, favur it-terzi ta' bona fidi, l-effett stesstat-titolu, bla hsara tad-disposizzjonijiet ta' kull ligi ohra ghal dawk li huma bastimenti."

L-artikolu stess johloq eccezzjoni, ghall-principju generali illi l-pussess ta' haga mobbli jiswadaqs titolu, fil-kaz ta' bastimenti ghax il-bastimenti huma parti minn dik il-klassi specjali ta' mobbli msejha "mobbli registrati".

Id-distinzjoni bejn mobbli u immobbli, bhal dik tad-Dritt Ruman bejn res mancipi u res nec mancipi, hija mibnija fuq kriterju ekonomiku: il-hwejjeg immobbli jitqiesu illi jiswew aktar mill-hwejjeg mobbli, u l-valur taghhom izomm aktar, waqt illi res mobilis res vilis. Ghalhekk, filwaqt illi t-trasferiment ta' hwejjeg immobbli jehtieg mhux biss il-forma ta'l-att pubbliku izda wkoll, biex ikun jiswa quddiem terzi, il-pubblicità permezz tar-registrazzjoni,fil-kaz ta' hwejjeg mobbli, ghax dawn jiswew anqas, ma hix mehtiega dik il-formalità u traditio hija bizzejjed biex tghaddi l-proprjetà.

Madankollu, hemm xi hwejjeg mobbli illi ma humiex res vilis u, billi l-valur taghhom ma huwiex zghir, il-ligi tqeghedhom taht ir-regime ta' "mobbli registrati" u, biex tghaddi l-proprjetà fihom, hija mehtiega l-formalità u l-pubblicità li aktar tixbah lildak li jghodd ghall-hwejjeg immobbli milli ghall-bqija tal-mobbli.

Fost dawn il-mobbli registrati hemm il-bastimenti, u biex tghaddi l-proprjetà fil-bastimenti bejn il-partijiet huwa mehtieg l-att tal-bejgh kif imfisser fl-art. 32 ta' l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili, u, biex it-trasferiment ikun jiswa wkoll quddiem terzi, hija mehtiega r-registrazzjoni skond l-art. 34 ta' l-istess Attwara li tkun saret id-dikjarazzjoni ta' trasferiment skond l-art. 33.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info