Referenza: 32/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/03/2003
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
VELLA EMANUELA PRO ET NOE vs KUMMISSARJU TAL-ARTIJIET U AV. GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, INSINDAKABILITA` TA` L-ISKOP PUBBLIKU - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, TEHID TA` ART MQABBLA
Fil-Qosor
Is-subartikolu (2) ta' l-Artikolu 21 jipprovdi li "Hadd ma jista' jitlob prova ohra ta' l-iskop pubbliku msemmi fis-subartikolu (1) ta' dan l-artikolu minbarra d-dikjarazzjoni tal-President ta' Malta".

Ghalkemm din id-disposizzjoni jista' jkollha ghan legittimu - ez. li ma jkunx hemm proliferazzjoni ta' kawzi meta si tratta tat-terminazzjoni ta' kirja ta' art tal-Gvern ghax tkun mehtiega ghal skop pubbliku kif inghad - il-mod assolut ta' kif din l-eccezzjoni hi koncepita jippekka kontra l-principju tal-proporzjonalita`. Infatti, permezz ta' din l-eccezzjoni l-Gvern jista' prattikamentjiehu lura raba' ghal kull skop immaginabbli taht il-paraventu tal-iskop pubbliku, u l-gabillott, biex jikkontesta b'xi possibilita` ta' success dik id-dikjarazzjoni a bazi ta' l-inesistenza ta' dak l-iskop pubbliku jkollu bilfors jirrikorri ghar-rimedju straordinarju ta' kawza kostituzzjonali flokjirrikorri ghal xi mezz ordinarju, bhalma hi kawza taht l-Art. 469A tal-Kap 12. Ghalhekk, is-subartikolu (2) ta' l-Artikolu 21 tal-Kap. 199 jilledi d-dritt tar-rikorrenti kif garantit bl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea.

Huwa veru li l-Kap. 199 jitratta b'mod differenti r-relazzjoni litezisti bejn il-gabillott u l-Gvern u dik bejn il-gabillott u s-sid privat ta' l-art, fis-sens li fil-kaz ta' l-ewwel il-Gvern jista' jinvoka, bhala raguni ghat-terminazzjoni tal-kirja, li ghandu bzonn l-art "ghal skop pubbliku", mentri s-sid privat ma jistax jinvoka tali raguni ghat-terminazzjoni tal-kirja; u li meta l-Gvern hekk jinvoka l-iskop pubbliku m'ghandux ghalfejn jiehu lill-gabillott quddiem il-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri ta' Raba'. Izda gie ritenut (dejjem li jkun hemm rimedju ordinarju effettiv sabiex il-gabillott ikun jista' jikkontesta' l-esistenza o meno ta' l-iskop pubbliku vantat mill-Gvern) li din id-differenza fit-trattament hija wahda kemm oggettiva kif ukoll ragonevoli.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni