Referenza: 1907/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/02/2003
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
REGISTRATUR TAL-QRATI SUPERJURI vs BUGEJA FRANCES
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, NATURA TAL-PROCEDURI - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, ORDNI TAL-QORTI MA JISTGHAX JIGI INJORAT - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, RATIO TA` L-ISTITUT - DISPREZZ LEJN L-AWTORITA` TAL-QORTI, TFIXKIL FL-EZEKUZZJONI TA` MANDAT
Fil-Qosor
L-Istitut tar-Rispett lejn l-awtorita` tal-Qorti hu propju mahsub biex jissanzjona atti ta' disprezzbhal dawn. Fil-fatt hu ta' natura penali u jgorr mieghu sanzjonijiet u pieni. Kif jidher minn ezami ta' l-Artikolu 998 tal-Kapitolu 12, il-persuna li allegatament tikkommetti att ta' disprezz hi kunsidrata bhala li qeghda tigi akkuzata. Taghti wkoll is-setgha li din tista' tigi mgieghla tidher biex twiegeb ghall-akkuza.

Min jarbitra, ghalhekk, u jmur kontra dak espressament ordnat mill-Qorti jirrendi ruhu hati ta' disprezz.

Filwaqt li l-Qorti kellha d-dritt u l-obbligu li tassigura rispett lejn l-awtorita` taghha, specjalment fejn dan jimmanifesta ruhu f'dizobbedjenza ghad-digriet taghha, kienet din il-Qorti li fil-konfront taghha jkun allegatament intwera disprezz li kellha tkun l-arbitru biex tiddeciedi mhux biss jekk tali disprezz kienx jezisti jew le, mhux biss jekk kien jezisti, kemm kien munit bl-intenzjoni li tigi oltreggjata l-awtorita` tal-Qorti, imma wkoll il-gravita` ta' tali oltragg.

Hawnhekk il-konvenuta instabet hatja ta` disprezz peress illi waqqfet marixxall tal-Qorti milli jezegwixxi mandat ta` qbid. Il-Qorti irriteniet li l-iskuzanti li l-oggetti li kienu ser jigu maqbuda kienu jappartjenu lil haddiehor ghalkemm wiehed jista` jissimpatizzamaghha mhix legalment sostenibbli. Ufficjal tal-Qorti m'ghandux jigi ostakolat fil-qadi ta` dmirijietu specjalment meta l-ligi tipprovdi mekkanizmi sabiex jigu tutelati l-jeddijiet ta` terz li hwejgujigu maqbuda intorament.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni