Reference: 2094/1999/1

Judgement Details


Date
27/02/2003
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
MAZZITELLI JULIE NOE vs SPITERI CHARLES ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, ARJA U DAWL - ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, LIEMA TIPI TA` PUSSESS HUMA PROTETTI
Summary
F'azzjoni ta` spoll l-indagini li trid taghmel il-Qorti ghandha tkun limitata ghall-fatt tal-pussessu ghall-fatt tal-ispoll u l-ebda indagini ohra ma hija permessa. Isegwi li ebda azzjoni possessorjama tista' tirnexxi jekk wiehed minn dawn l-elementi jigi nieqes, billi ma jistax jkun hemm spoll jekk l-parti aggravata qatt ma kellha l-pussess tal-haga li minnha allegatament giet spoljata. Daqstant l-azzjoni ta' spoll ma tistax tigi ezercitata jekk ma jigix allegat l-intervent spoljattiv tal-bniedem.

L-artikolu 524 (1) tal-Kodici Civili jiddisponi li "Il-pussess huwa d-detenzjoni ta' haga korporali jew it-tgawdija ta' jedd, li taghhom tista' tinkiseb il-proprjeta`, u li wiehed izomm jew jezercitah bhala tieghu nnifsu." Isegwi li sabiex azzjoni possessorja tigi intentata b'success l-attur irid ikun gie molestat fid-detenzjoni tieghu ta' haga korporali jew fit-tgawdija ta' jedd li hu jkun qed jzomm jew jezercita bhala tieghu nnifsu w li jista' jikseb il-proprjeta' tieghhu.

Issa l-artikolu 307 tal-Kap 16 jiddisponi li "Il-hwejjeg kollha illi jistghu jkunu l-oggett ta' proprjeta` pubblika jew privata, huma beni mobbli jew immobbli." Fl-artikolu sussegwenti l-Kodici jelenka l-beni immobbli li l-ligi tirrikonoxxi bhala li jistghu jkunu "l-oggett ta' proprjeta`". Fosthom insibu l-artijiet u l-bini, nixxighat ta' l-ilma, kanali et cetra. Mentri l-artikolu 312 jiddefinixxi"beni mobbli" bhala "il-hwejjeg kollha, bil-hajja jew bla hajja, illi, minghajr ma titbiddel is-sustanza taghhom, jistghu jmorru wahidhom jew jingarru minn banda ghal ohra, huma mobbli minnhom infishom, ukoll jekk dawk il-hwejjeg ikunu jaghmlu kollezzjoni jew stock ta' kummerc."

Hawnhekk l-appellanti kienu qed jilmentaw li huma tnehitilhom it-tgawdija tal-arja ("air") u tad-dawl li kienu jgawdu qabel ma saret il-kostruzzjoni da parti ta` l-appellati. Il-Qorti irriteniet li ma jidhirx lidin it-tgawdija ta' arja u dawl tista' tigi kompriza taht id-definizzjoni ta' "hwejjeg li jistghu jkunu l-oggett ta' proprjeta`'". Lanqas ma jista' wiehed jikseb "il-proprjeta` taghhom" kif jiddisponil-artikolu 524 tal-Kap 16 fuq citat.

Il-principju superficies solo cedit huwa limitat b'dakli jipprovdi l-Artikolu 426 tal-Kodici Civili li jiddisponi espressament hekk: "Meta s-sulari ta' dar ikunu ta' diversi sidien, kull wiehed mis-sidien jista', fil-hajt ta' barra tas-sular tieghu, jaghmel gallariji, twieqi, bibien jew aperturi ohra, basta li b'daqshekk ma tigix imnaqqsa s-sahha ta' dak il-hajt." Dan il-provediment huwa indikattiv li meta fuq l-istess bicca art ikun hemm proprjetajiet ta' sidien differenti l-principju superficies solo cedit huwa ristrett billi minn ghandu l-fond sottostanti ma jistax jivvanta xi drittijiet fuq l-area kollha ta' fuqu billi s-sidien tal-fondi sovrastanti ghandhom il-godiment ta' dak il-faxx ta' arja prospicenti l-proprjeta` taghhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info