Referenza: 2779/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/05/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
GALEA ADAM ET vs CALLEJA TARCISIO PRO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ECCEZZJONIJIET, LIS ALIBI PENDENS - ECCEZZJONIJIET, META JIGU SOLLEVATI EX UFFICIO - GARANZIJA TAL-PACIFIKU PUSSESS, ESTENSJONI OLTRE KWISTJONIJIET TA` TITOLU DIFETTUZ - KONVENJU, META BINI MHUX KONFORMI MAL-PERMESS TAL-IZVILUPP - KONVENJU, RAGUNI VALIDA GHAL HALL TA`
Fil-Qosor
Fis-sistema gudizzjarju taghna, l-Qorti m'ghandhiex tissolleva eccezzjonijiet, li ma hix awtorizzataespressament mill-Kodici tal-Organizazzjoni u Procedura Civili jew minn xi konsiderazzjoni serja ta' ordni pubbliku. Dana billi bhala norma l-gudikant ghandu jiddeciedi l-kawza billi joqghod fuq il-binarju tal-kontestazzjoni li jressqulu l-partijiet.

L-eccezzjoni ta` lis alibi pendens tipprezupponi li l-partijiet in kawza jkunu l-istess fiz-zewg proceduri u cioe' li jkun hemm l-identita'tal-partijiet. Din l-eccezzjoni ma tistax titqajjem fuq il-bazi ta' kawza li l-konvenut ikun qieghed jaghmel lil haddiehor. Hawnhekk il-konvenut ipprova jghid li l-Qorti missa stenniet l-ezitu ta' appell minn decizjoni tal-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar qabel ma iddecidiet jekk il-fond li kien wieghed li jbiegh lill-atturi kienx validament kopert b'permess.

F'kawza ghar-rifuzjoni tad-depositu imhallas fuq konvenju mhux assolutament mehtieg li jigi provat b'certezza illi l-venditur kellupermess biex jibni dak li bena. Kien bizzejjed ghall-fini ta' din il-kawza li jigi stabbilit illil-kompratur imsejjah biex jonora promessa ta' bejgh tal-immobbli jitqieghed fil-posizzjoni li jkollubiza' rejali li jigi molestat fit-tgawdija tal-proprjeta' li kien sejjer jakkwista. Ghalhekk is-soprassessjoni ma kienetx ser tkun relevanti f'dan il-kuntest.

Kompratur fuq konvenju jista' jinheles mill-obbligazzjoni li jixtri jekk juri li kellu raguni valida li jibza' li jkun jista' jigi attwalment, jew xi darba fil-gejjieni, molestat fil-pacifiku pussess tal-haga innifisha.

Inoltre l-biza' ragjonevoli ta' molestja futura kellha tkun tirrigwarda l-oggett in vendita kemm fir-rigward tat-titolu legali tieghu kif ukoll tal-pussess materjali u liberu godiment tal-immobbli. Il-garanzija ta' pacifiku pussess allura ma tistax tigi illum limitata sempliciment ghat-theddida ta' evizzjoni minhabba difett fit-titolu imma kellha tigi estiza wkoll ghat-theddida ta' evizzjoni forzata minn Awtorita' kompetenti minhabba l-fatt illi l-immobbli ma jkunx kopert bil-premessi mehtiega skondil-ligi.

Fil-konvenzjonijiet de innuendo contractu japplikaw ruhhom il-principji generali lijirregolaw il-kuntratti u skond dawn il-principji l-adempiment tal-istess konvenzjonijiet ghandu jkun precizament konformi ghall-obbligazzjoni. B'dana li f'kaz ta' difformita' l-kreditur ghandu d-dritt li jirrifjuta l-adempjiment taghhom. Li kif kompratur ma jistax jigi kostrett jaffronta perikolujkun kemm ikun imbieghed ta' evizzjoni jew molestja, hekk ukoll f'kaz ta' promessa jekk jivverifikaruhhu dana l-perikolu, l-promittent ma jistax jigi kostrett li jezegwixxi l-effettwazzjoni tal-bejgh u tal-kuntratt li jkun il-promessa tieghu. Del resto skond l-artikolu 1440 tal-Kodici Civili l-venditur ghandu joffri li jikkonsinna l-haga tal-kwalita' promessa u, jekk jonqos, jirrendi ruhhu kontra tieghu operattiv fl-artikolu fuq imsemmi, barra milli fil-promessi l-adempiment irid ikun precizament konformi ghall-obbligazzjoni assunta. Jinghad ukoll l-izball ta' fatt skuzabbli fuq is-sustanza jew kwalita' sostanzjali ta' fond li jkun oggett ta' promessa jivvizzja l-kunsens u jnissel mieghun-nullita' tal-konvenzjoni.

Meta wiehed ghandu motiv gust biex jirreselixxi minn konvenju matistax il-parti l-ohra, bir-rimozzjoni ta' dak il-motiv wara li jkun skada z-zmien tal-konvenju, tobbligah jezegwih.

Il-kompratur ghandu dritt mhux biss ghall-garanzija tajba imma ghat-trasferiment ta' titolu tajjeb ta' proprjeta' fil-mument tal-kuntratt tal-akkwist biex huwa jkun jista' jimxi b'mohhu mistrieh u, in difett ta' dan, meta jiskadi z-zmien l-effetti kollha tal-iskrittura jispiccaw u kull parti takkwista dik il-liberta' li kellha qabel.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni