Reference: 27/1999/1

Judgement Details


Date
21/10/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ELLUL CHRISTINE vs ELLUL BRIAN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ZWIEG, IMPORTANZA TAL-PRINCIPJI GENERALI TAD-DRITT CIVILI RIGWARDANTI L-KUNSENS - ZWIEG, MHUX KULL ZBALL TA` GUDIZZJU JAMMONTA GHAL DIFETT SERJU TA` DISKREZZJONI TA` GUDIZZJU - ZWIEG, NULLITA` MINHABBA DIFETT SERJU TA` DISKREZZJONI TA` GUDIZZJU - ZWIEG, RELEVANZA TAL-PRINCIPJI ZVILUPPATI FID-DRITT KANONIKU
Summary
Wara l-introduzzjoni ta' l-Att dwar iz-Zwieg ma jibqax korrett li jigi automatikament, u b'mod akritiku applikat l-insenjament gurisprudenzjali tal-ligi kanonika ghall-interpretazzjoni tal-ligi civili.

Tezisti dikotomija bejn il-kriterji addottati fil-ligi kanonika ghall-materja ezaminata u dawk dettati mill-principji tad-dritt civili li "in materja ta' kunsens kontrattwali ghandu l-insenjament u tradizzjoni guridika tieghu" u per konsegwenza "ma kellux jigi skartat minhabba l-fatt li l-ligi specjali taz-Zwieg (Kap 255) jimponi kriterji specifici fir-rigward tal-validita` tal-kunsens fir-rabta taz-zwieg.

In materja ta' kuntratt taz-zwieg dan irid jigi ezaminat mill-perspettivatan-normi tad-dritt civili. In tema legali ukoll gie affermat diversi drabi, u dan, b'referenza ghad-disposizzjonijiet speciali fl-Att taz-Zwieg, mill-Qrati taghna illi ikun hemm id-difett serju ta'diskrezzjoni ta' gudizzju fis-sens ta' l-ewwel parti tal-paragrafu (d) imsemmi kemm-il darba jirrizulta li, fil-ghoti tal-kunsens matrimonjali, parti jew ohra tkun priva b'mod sostanzjali, ossia gravi, minn dik il-fakolta kritika - estimativa jew kritika - valutativa dwar l-oggett tal-kunsens taz-zwieg, jew minn dik il-maturita` affettiva li hija presuppost ghal ghazla libera dwar l-imsemmi oggett. Id-difett serju ta' diskrezzjoni, ghalhekk, ma hux sempliciment nuqqas ta' hsieb, nuqqas ta' riflessjoni, lanqas ma jfisser li wiehed jaghmel ghazliet jew decizjonijiet zbaljati - in fatti decizjoni jew ghazla zbaljata hi prettament kompatibbli ma' diskrezzjoni ta' gudizzju.

Li parti fiz-zwieg ma tkunx fehmet sufficcjentement, fis-sens li ma tkunx hasbet bizzejjed jew ma tkunx irriflettiet bizzejjed fuq il-hajja mizzewga jew fuq id-drittijiet u d-dmirijiet essenzjali tal-hajja mizzewga, ma jammuntax necessarjament ghal difett (serju) ta' diskrezzjoni ta' gudizzju.

Biex ikun hemm in-nuqqas jew difett serju ta' diskrezzjoni ta' gudizzju kif ravisat fl-Artikolu 19 (1) (d) iridikun hemm l-inkapacita` psikika (mhux necessarjament anomalija psikologika fis-sens mediku (psikjatriku) jew kostituzjonali li wiehed jaghraf u jirrifletti, u li jiddeciedi liberament, fuq l-oggett tal-kunsens matrimonjali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info