Reference: 2400/1996/1

Judgement Details


Date
21/10/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BORG GEORGINA vs CASSAR ERROL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO SPOLII, KONTRA MIN TISTA` TIGI ISTITWITA - ACTIO SPOLII, META L-ISPOLL IKUN KOMMESS MINN KOMPROPRJETARJU - ACTIO SPOLII, MINN META JIBDA JIDDEKORRI L-PERIJODU TA` DEKADENZA TA` XAHAREJN - ACTIO SPOLII, NATURA TA` - ACTIO SPOLII, PUSSESS ESKLUSSIV MHUX MEHTIEG - ACTIO SPOLII, VIM VI REPELLERE LICET
Summary
L-azzjoni ta` spoll hi meqjusa ta' ordni pubbliku, radikata pjuttost fuq l-esigenzi ta' utilita` socjali u diretta sabiex tevita li c-cittadin jiehu l-ligi b'idejh.

Huwa indiskuss li l-azzjonita` spoll hi esperibbli wkoll minn kull ko-possessur jew ko-proprjetarju kontra ko-possessur jew ko-proprjetarju iehor.

It-terminu ta` xaharejn sabiex tigi ezercitata l-azzjoni ta` spoll jiddekorri mid-data tal-kummissjoni ta' l-att u mhux a die scientiae.

It-terminu ta' xahrejn li fihl-attur irid jiddeduci il-pretensjoni tieghu huwa element essenzjali ta' din l-azzjoni li jehtieg li jigi konkludentement pruvat mill-attur. Prova li trid issir f'kull kaz ta' din ix-xorta imma li ssir sine qua non meta l-parti konvenuta teccepixxi bhal dan il-kaz il-preskrizzjoni taghha bid-dekors tal-perjodu estensiv ta' xahrejn.

Il-principju "vim vi ripellere licet" jemana mill-principju li huwa lecitu li min jigi spoljat minn possediment tieghu jista` mhux jikkonserva u jiddefendi l-pussess tieghu bil-forza imma wkoll li jirkupra l-pussess bil-forza.

L-unika kondizzjoni posta f'dan il-kaz hi dik li dan il-principju jista' jigi applikat biss meta l-azzjoni difensiva ssir "confestim" u "in continenti", u mhux "ex intervallo".

Il-klema 'confestim' m`ghandiex tittiehed fis-sens assolut taghha, imma b`sens relattiv u skond ic-cirkostanzi li ghandhom jigu apprezzatimill-prudenza ta` l-imhallef.

L-immedjatezza li trid il-ligi ma tistax u ma ghandiex tigi ekwiparata mar-rejazzjoni kontemporanja ma' l-agir spoljattiv li bih l-attur juzurpa l-pussess tal-konvenut u jakkwistah a skapitu tieghu. Interpretazzjoni rigida bhal din twassal ghal sitwazzjoni assurda jekk mhux ukoll provokatorja ghall-konfront fiziku vjolenti bejn min ikun qieghed jikkontesta l-istess dritt ghax tipprovoka konfrontazzjoni fizika diretta f'sitwazzjoni spiss esplossiva.

Kjarament l-eccezzjoni ta` vim vi ripellere licet tista` biss tirnexxi meta l-attur ikun hu innifsu ikkommetta spoll fil-konfront tal-konvenut.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info