Referenza: 29/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/10/2002
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MALLIA TONIO
Partijiet
GASAN ENTERPRISES LIMITED vs AWTORITA' TAL-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPLIKAZZJONI QUDDIEM L-AWTORITA TAL-IPPJANAR - ARTIKOLU 460 TAL-KAP 12 - ARTIKOLU 469 A TAL-KAP 12 - ARTIKOLU 6 TAL-KONVENZJONI EWROPEA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - POTERI TAL-AWTORITA TAL-IPPJANAR - RIMEDJU AMMINISTRATTIV - SMIGH XIERAQ
Fil-Qosor
F'din il-kawza id-ditta rikorrenti qed tallega ksur tad-drittijiet fundamentali taghha peress illi l-applikazzjoni li resqet quddiem l-Awtorita tal-Ippjanar ghadu ma giex determinat mill-istess Awtorita' u dan nonostante decizjoni moghtija mill-Onorabbli Qorti tal-Appell, li rrinvjat il-process lill-Awtorita' tal-Ippjanar biex dik l-applikazzjoni tigi processata skond il-ligi. Dan id-dewmien, skond ir-rikorrenti, imur kontra d-dritt taghhom ghall-smiegh xieraq fi zmien ragonevoli kif protett fl-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea(Kap 319 tal-Ligijiet ta' Malta).

L-intimat qed jecepixxiin linea preliminari u fil-qosor:
(a) li dawn il-proceduri kellhom ikunu ppreceduti b'Ittra Ufficjali jew Protest kif jitlob l-art. 460 tal-Kap 12 tal-Ligijiet ta' Malta;
(b) li s-socjeta rikorrenti ma ezawritx ir-rimedji ordinarji disponibbli ghaliha; u
(c) li l-art. 6 tal-Kap. 319 invokat ma japplikax ghall-Awtorita tal-Ippjanar li m'ghandux organu li hu Tribunal fis-sens kontemplat f'dak l-artikolu.

Ghar-rigward tal-ewwel, meta persuna tkun trid taghmel kawza kontra l-Awtorita' tal-Ippjanar, qabel ma ssir ic-citazzjoni, l-attur irid jinforma lill-Awtorita' permezz ta' IttraUfficjali jew Protest Gudizzjarju, li ghandha intenzjoni li taghmel il-kawza; jekk din l-ittra ma tintbaghatx il-kawza tkun nulla.

Ghalkemm fil-kors ta' proceduri normali, l-Awtorita' tal-Ippjanar hi milquta bl-artikolu 460 tal-Kap 12 f'dawn il-proceduri, din il-kawza mhiex wahda ta' naturacivili jew amministrattiva, izda hi wahda bazata fuq il-Konvenzjoni Ewropea. L-art 460 jezenta mill-applikazzjoni tieghu, interalia, l-azzjonijiet ghal rimedju taht l-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni u azzjonijiet li ghandhom jinstemghu bl-urgenza. F'din il-kawza, is-socjeta' rikorrenti qed titlob rimedju taht l-artikolu 4 tal-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea. Dak l-artikolu 4, pero' huwa identiku ghall-artikolu 46 tal-Kostituzzjoni u jippreskrivi l-istess procedura li ghandha tintuza f'kaz ta' rimedju taht il-Kostituzzjoni.

Fil-fatt, is-subartikolu (7) tal-artikolu 7 tal-Kap 31 jghid lijekk persuna qed titlob rimedju kemm taht il-Kostituzzjoni kif ukoll taht l-Att dwar il-KonvenzjoniEwropea, tista' ssir talba wahda fl-istess Rikors. Kemm il-Kostituzzjoni ta' Malta, kif ukoll l-attdwar il-Konvenzjoni Ewropea, huma intisi li jipprotegu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, u nehhi xi differenzi partikolari, jittrattaw u jirregolaw l-istess drittijiet.

Ghalkemm l-esenzjoni intrabtet ma' artikolu perikolari tal-Kostituzzjoni, il-hsieb kien biex ma jintraznux proceduriimmirati ghall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Illum din il-protezzjoni tista'tinghata kemm taht il-Kostituzzjoni kif ukoll taht l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea u, fil-fehma ta' din il-Qorti, ikun kontro sens jekk procedura taht il-Kostituzzjoni tista' tibda minghajr htiegata' Ittra Ufficjali, izda proceduta ghall-istess rimedju, imma taht l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea, tkun tehtieg l-ispedizzjoni u n-notifika ta' Ittra Ufficjali jew Protest Gudizzjarju. Proceduri taht l-artikolu 4 tal-Att dwar il-konvenzjoni Ewropea, li espressament tirreferi ghall-proceduri mehtiega ghall-protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, m'ghandhomx ikunu soggetti ghal dewmien amministrattiv marbut mal-applikazzjoni tal-art. 460 tal-Kap 12.

Oltre dan, dan tal-ahhar indikat artikolu jezenta ukoll mill-applikazzjoni tieghu azzjonijiet li ghandhom jinstemghu b'urgenza. Ir-Rulesof Court li jirregolaw il-procedura f'kaz ta' rimedju mitlub taht il-Kostituzzjoni, japplikaw ukollghal kull rimedju mitlub taht l-artikolu 4 tal-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea u dawk ir-regolamenti jimmiraw ghad-determinazzjoni tat-talba bi speditezza.

L-artikolu 46(7) tal-Kostituzzjonijghid espressament li dawk ir-Rules of Court ghandhom jipprovdu li s-smiegh isir u “b'kull heffa possibbli”, u r-riferenza espressa li l-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea jaghmel ghal dawk ir-Regolamenti, ifisser li l-Legislatur ried li anke l-proceduri taht dak l-Att, ghandhom isiru “b'kull heffa possibbli”. Kwindi, anke taht dan l-aspett, l-artikolu 460 invokat ma jistax jitqies applikabbli.

Ghalhekk din il-Qorti, filwaqt li tiddikjara li l-artikolu 460 tal-Kap 12 mhux applikabbli ghall-proceduri inizzjati taht l-artikolu 4 tal-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea (Kap 319), tichad l-ewweleccezzjoni preliminari ta' l-intimat.

Ghar-rigward tat-tieni eccezzjoni, il-Qorti tirrilevafl-ewwel lok, li jekk din il-Qorti ghandhiex jew le tastjieni milli tkompli tiehu konjizzjoni tat-talba, f'kaz tal-ezistenza ta' rimedji alternattivi, hija diskrezzjonali ghaliha, u l-ezercizzju ta' din id-diskrezzjoni tiddependi mill-evalwazzjoni li l-Qorti taghmel tac-cirkustanzi tal-kaz.

Fil-kaz in ezami, ir-rimedji alternattivi jistghu jkunu biss amministrattivi, illum regolati bl-artikolu 469A tal-Kap 12. Dak l-artikolu jitkellem fuq il-mod ta' kif persuna tista' tattakka ghemil amministrattiv, pero' fil-fehma ta' din il-Qorti hu difficli li dak l-artikolu japplika ghal dan il-kaz. Ir-rikorrenti f'dan il-process, qed jilmenta minn nuqqas tal-Awtorita' li tipprocessa l-applikazzjoni. Il-ligi trid li l-azzjoni biex tattakka ghemil amministrattiv, tinfetah fi zmien sitt xhur minn meta “min ikollu interess isir jaf jew seta' jsir jaf b'dak l-ghemil amministrattiv”. Meta dak liqed jigi attakkat mhux xi att pozittiv, mhux possibbli li tiddentifika id-dies a quo tat-terminu preskrittiv. Din ic-cirkustanza turi l-inapplikabilita' ta' l-artikolu 469A ghac-cirkustanza li minnhaqed tilmenta s-socjeta' rikorrenti.

Fuq kollox, is-socjeta' rikorrenti qed tilmenta minn ksurtad-drittijiet fundamentali personali taghha, drittijiet protetti biss bil-Kostituzzjoni u mill-Attdwar il-Konvenzjoni Ewropea, u r-rimedju ma jistax ikun hlief wiehed provdut taht dawk il-ligijiet.Ir-rikorrenti qed tilmenta mill-fatt tad-dewmien ut sic u qed tghid li, fic-cirkustanzi, dak id-dewmien mhux ragjonevoli. Is-socjeta' rikorrenti mhix qed tilmenta li l-Awtorita' hadet xi decizjonizbaljata, imma li naqset li tipprocessa l-applikazzjoni taghha fi zmien ragjonevoli u tali talba trid bil-fors tigi mistharga fil-kuntest ta' principji enuncjati fi trattazzjoni ta' ilmenti bazati fuqksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

F'kull kaz, fic-cirkustanzi, din il-Qorti thoss li m'ghandhiex tezercita d-diskrizzjoni taghha u tiddeklina milli tkompli tisma' din il-kawza u qieghda ghalhekk tichad ukoll it-tieni eccezzjoni ta' l-Awtorita' intimata.

B'riferenza ghat-tielet eccezzjoni l-artikolu invokat mis-socjeta' rikorrenti jiddisponi illi “fid-decizjoni tad-drittijiet civili u tal-obbligi tieghu... kulhadd huwa intitolat ghal smiegh imparzjali u pubbliku fi zmien ragjonevoli minn tribunal indipendenti u imparzjali mwaqqaf b'ligi.” Is- socjeta' rikorrenti tallega li t-Tribunal mwaqqaf bl-Att numru I ta' l-1992 qed jonqos milli jiddetermina l-applikazzjoni taghha ghall-izvilupp tal-propjeta' taghha u dan in-nuqqas qed jaffetwa d-drittijiet civili taghha, cioe id-dritt ta' kull proprjetarju li jizviluppa l-art tieghu. Il-Kummissjoni ghall-Kontroll tal-Izviupp imwaqqaf b'dak l-att inghatat il-gurisdizzjoni li tisma' u tiddeciedi fuq applikazzjonijiet ghall-izvilupp ipprezentati minn individwi. Jinghad fil-ligi li d-decizjonijiet tal-Kummissjoni, inkluz kull permess ghall-izvilupp mahrug minnha, ghandhom jitqiesu li huma u ghandhom ikollhom l-istesssahha daqs decizjonijiet tal-Awtorita' (art.13(3) tal-Att - Kap 356).

Id-dritt ta' proprjeta', fil-ligi civili, tipprovdi lis-sid bil-ius utendi, ius fruendi u l-ius abutendi, u l-unici limitazzjonijiet li jistghu jezistu huma dawk imposti bil-ligi u bil-principji ta' buon viccinat. Il-ligitaghna, fl-interess tal-konservazzjoni tal-ambjent u fl-interess li tara li l-art taghna, li hi limitata, ma tinheliex, innediet il-ligi indikata, mhux biex twaqqaf l-izvilupp izda biex tikkontrolla l-istess fl-interess pubbliku. L-iskop tal-Awtorita' tal-Ippjanar huwa li jara li l-izvilupp isir b'mod ordnat, skond regoli pre-stabbiliti u minghajr hsara lill-ambjent. Il-propjetarju, pero' ghandu dritt inerenti fil-prorjeta' tieghu li jizviluppa dik il-proprjeta' kif jidhirlu opportun u l-kontrolli li jimponi l-Istat ghandhom dejjem ikollhom interpretazzjoni restrittiva biex ma jgibux fix-xejnjekk mhux ghar-ragunijiet serji u impellenti, id-dritt tal-individwu li jiizviluppa l-art tieghu.

L-Awtorita' tal-Ippjanar, li ghandha din il-funzjoni ta' kontroll, fil-verita' qed tikontrolladirettament il-ius utendi u fruendi ta' kull proprjetarju u dan ghax ghandha l-fakulta' tikkontrollameta u kif ghandu jsir zvilupp u anke sahansitra, li jzomm l-izvilupp kompletament. B'dawn il-poteri, m'hemmx dubbju, fil-fehma tal-Qorti, li l-Awtorita' tikkontrolla almenu in parte id-drittijiet civili ta' kull proprjetarju, u bhala organu mwaqqaf mill-ligi biex jiddeciedi fuq it-tgawdija ta' min hu titolari ta'drittijiet civili, taqa' biex tigi kontrollata bl-artikolu 6 tal-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea. Kull Tribunal li, b'mod jew iehor, jezercita kontroll fuq id-drittijiet tal-proprjetarju tal-art li jinqeda mill-istess art kif jidrilha opportun, ikun qed “jindahal” fl-esercizzju tad-drittijiet civili ta' dak il-proprjetarju, u ghalkemm dak l-indhil, f'socjeta' pluralistika bhal taghna jista' u ghandu jigi accettat bhala “a necessary measure”, ghandu dejjem jigi kontrollat biex majkunx hemm lok ghall-abbuz jew ta' indhil u kontroll li jmorru aktar milli hu ragjonevolment mehtieg f'socjeta' demokratika. M'hemmx dubju ghalhekk li l-Awtorita' tal-Ippjanar, bhala fatt, tirregolau taghti decizjonijiet fuq id-drittijiet civili ta' kull proprjetarju.

Mill-premess li l-Awtorita' tal-Ippjanar, u, partikolarment, id-diversi Kummissjonijiet u Bordijiet taghha, tiddeciedi kwistjonijiet li jolqtu direttament id-drittijiet civili tal-proprjetarju li jrid jizviluppa l-art tieghu u bhala tali, l-agir ta' dik l-Awtorita' huwa soggett ghal limitazzjonijet imposti fl-artikolu 6tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Id-dritt ta' proprjeta' u d-drittinerenti ta' uzu u/jew zvilupp ta' dik il-proprjeta' ghandu bla dubju funzjoni ekonomika u kif qaletil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kaz “Pellegrin vs Franza” deciza fit- 8 ta' Dicembru 1999, meta l-ezercizzju tad-drittijiet civili tal-individwu ghandhom funzjoni jew skop ekonomiku,it-Tribunal li jiddeciedi fuq dak l-ezercizzju irid jagixxi fit-termini tal-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea.

F'dan il-kaz, l-Awtorita' tal-Ippjanar hija mghobbija li tiehu decizjonijiet lihuma “decisive” ghall-ezercizzju tad-drittijiet privati tac-cittadin, u kwindi l-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea japplika fil-konfront taghha.

Ghaldaqstant din il-Qorti tiddeciedi din l-istanza bill tichad bhala infondati l-ewwel tlett eccezzjonijiet tal-Awtorita' intimata u tiddifferixxil-kawza ghat-trattazzjoni u eventwali decizjoni taghha fuq il-meritu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni