Referenza: 144/2013

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/10/2018
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
MIZZI ANTONIO
Partijiet
IL-PULIZIJA vs BORG JOSEPH
ECLI
ECLI:MT:AKI:2018:113791
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Illi l-appellant, kien tal-fehma li hu ma kellhux jinstab hati tat-tieni akkuza migjuba kontra tieghu a tenur tal-artikolu 252 tal-Kodici Kriminali. Illi dan l-artikolu tal-ligi thassar mill-Kodici Kriminali permezz ta' l-Att XI tas-sena 2018. F'dan il-kuntest il-Qorti ftit kellha xi tghid ghas-semplici raguni li a bazi tal-principji generali, il-Qorti ghandha dejjem tapplika l-ligi l-aktar favorevoli ghall-appellant. Hu veru li skont il-Kapitolu 249, l-Att dwar l-Interpretazzjoni, artikolu 12,il-proceduri ma ghandhomx jieqfu izda jkomplu. Naturalment, ma jkun hemm ebda piena li tapplika. Min-naha l-ohra, il-Qorti diversament presjeduta b'sentenza: "Il-Pulizija v. Martin Cassano" deciza fit-28 ta' Settembru, 2017 kienet tal-fehma li din l-interpretazzjoni tmur kontra l-Konvenzjoni Ewropea(Kapitolu 319 tal-Ligijiet ta' Malta) u specifikatament l-artikolu 7 ta' tali konvezjoni. Din il-Qorti kienet tal-istess fehma u illiberat l-appellant.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni