eCourts
Kawżi Ċivili
Sentenzi
Insolvenzi
Subbasti
Użu tal-Awli
Servizzi
Irċievi Notifiki bil-Mowbajl
Ħallas Multi tal-Qorti
Ħallas id-Dritt tar-Reġistru tal-Qorti
Għajnuna
Chat
Malti
English
Illoggja
Home
Fittex is-Sentenzi
Dettalji
Referenza: 3/2007
Niżżel
Dettalji tas-Sentenza
Data
10/12/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
FARRUGIA MARCO vs L-AWTORITA TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Kawża Llinkjata
FARRUGIA MARCO vs L-AWTORITA TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR - 3/2007 - TAL-APPELLI CIVILI (INFERJURI), L-AWTORITA' TA' MALTA DWAR l-AMBJENT U L-IPPJANAR
Kliem Ewlieni / Fil-Qosor
Kliem Ewlieni
APPELL; ULTRA VIRES
Fil-Qosor
Permezz ta' l-applikazzjoni numru PA 2125/06 Marco Farrugia applika biex fuq is-sit Sacro Cuor fi Triq Danny Cremona, Hamrun, jaghmel is-segwenti: demolition of existing building and re-constructionof basement garage, ground floor office/garage, 2 flats at 1st floor, second floor and third floor and construction of penthouse.
Fir-rikors ta' l-appell, l-Awtorita' appellanti qeghda tallega li l-Bord ta' l-Appell agixxa ultra vires peress illi hu m'ghandux is-setgha li jiddeciedi li jiddipartixxi mill-Pjan Lokali ghaz-zona fejn jinsab is-sit in kwistjoni u dan fir-rigward ta' maximum height limitation u wkoll fejn qed jigi allegat li l-istess Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar injoraghall-kollox il-policies kollha applikabbli ghall-kaz in kwistjoni. Hija sostniet li l-applikazzjonikongunta tal-Artikoli 15 (12) u 33 (1) tal-Kap. 356 jimponu obbligu tassattiv fuq il-Bord - ghax insibu l-kelma shall - illi japplika tali Pjan Lokali ghaz-zona fejn ikun sitwat l-izvilupp propostb'mod mandatorju, u l-istess Bord ma' kellu ebda setgha li jinjora l-istess skemi u policies.
Ma kien hemm l-ebda kwistjoni dwar punt ta' ligi u lanqas dwar l-applikazzjoni ta' commitment o meno, u dan ghaliex l-gholi tal-istess bini kien ser jibqa' l-istess skond decizjoni precedenti tal-Bord li ma gietx kontestata mill-Awtorita' appellanti, u kienet fil-fatt dik id-decizjoni li ddecidietil-commitment ta' l-area in kwistjoni ghal dik ta' gholi ta' erba' sulari.
Dan il-kaz fil-fatt kien jittratta dwar bdil ta' uzu ta' washrooms fl-ahhar sular ghall-uzu ghall-skop residenzjalibhala penthouses, u dwar dan ma kien hemm ebda punt ta' dritt involut, u kien hemm biss konsiderazzjonijiet ta' fatt, li huma fil-kompetenza esklussiva tal-istess Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar.
Dan ifisser li f'din id-decizjoni ma hemm xejn dwar l-aplikabbilta' o meno tal-artikoli citatimill-istess Awtorita' appellanti fl-appell taghha odjern u ghalhekk jirrizulta li effettivament ma hemm fl-istess decizjoni tal-Bord l-ebda punt ta' dritt li jaghti lill-Awtorita' appellanti dritt ghall-appell quddiem din il-Qorti.
Ghaldaqstant, din il-Qorti ta' l-Appell tichad l-appell tal-Awtorita' appellanti skond ir-rikors tal-appell taghha u dan ghaliex huwa nfondat fil-fatt u fid-dritt u b'hekk tikkonferma d-decizjoni tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar.
Agħfas hawn biex tfittex mill-ġdid.