Referenza: Volum 39B (1955), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 181

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/04/1955
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
VINCENZO GATT ET vs GRAZIA SPITERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - BOARD TAL-KERA - DESTINAZZJONI TAL-FOND - HANUT - KAWZALI - KWISTJONI TA' DRITT - LOKAZZJONI
Fil-Qosor
Hu veru li talba quddiem il-Board tal-Kera ghar-ripreza tal-pussess ta' fond, meta hi bazata fuq kawzali wahda, ma tistghax tigi deciza fuq kawzali ohra; imma jekk dik il-kawzali tkun tikkonsisti filli s-sid irid il-fond ghax ghandu bzonn ghalih, u t-talba tkun sejra ssib ostakolu ghax il-fond hu hanut, u s-sid jipprova li l-fond sar hanut bil-fatt illegali tal-kerrej, allura certament il-Board ghandu jidhol fl-indagini tal-kambjament tad-destinazzjoni; mhux bhala kawzali ohra, imma ghax id-dritt tas-sid li jiehu lura l-fond, jekk iridu ghalieh, ma ghandux ikun ostruwit mill-fatt illegali tal-kerrej li jkun ghamel il-fond "hanut" mentri dan kien destinat ghall-abitazzjoni. Ghaldaqstant, l-enuncjazzjoni tal-principju li l-fatt tal-kambjament tad-destinazzjoni tal-fond ma ghandux importanzaghad-decizjoni ta' talba bazata fuq il-kawzali li s-sid irid il-fond ghalih ghax ghandu bzonnu, bhala principju assolut, hija enuncjazzjoni skorretta. Jekk minhabba din l-enuncjazzjoni zbaljata l-Board jichad it-talba ghax jirritjeni li l-fond hu "hanut", wara li jkun irrifjuta li jara jekk sarx "hanut" bil-fatt illegali tal-kerrej, billi, minhabba l-unicita' tal-kawzali jkun irritjena dan il-pont irrilevanti - metri, ghall-kuntrarju, hu rilevanti li l-gudikant jara jekk il-post inbidelx minnabitazzjoni ghal hanut bil-fatt illegali tal-kerrej - ikun hemm fid-decizjoni tal-Board, mhux biss enuncjazzjoni zbaljata ta' punt ta' dritt, fis-sens li jkun gie affermat bhala assolut principju lihu veru biss in parti, imma wkoll, minhabba din l-enuncjazzjoni defittuza, ikun gie znaturat l-aspett guridiku tal-kawza, ikun gie znaturat dak li jissejjah "the legal approach". Decizjoni tal-Boardtal-Kera li tikkontjeni din l-enuncjazzjoni hija appellabili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni