Risposta - Bord dwar il-Kontroll ta' Kiri ta' Raba

Ir-risposti għall-rikorsi li jiġu ppreżentati quddiem il-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri ta' Raba' u d-dokumenti li jsostnu dik ir-risposta jistgħu jiħu ppreżentati onlajn permezz ta' din l-eForm.

Il-ħlas dovut għal din ir-risposta isir meta tiġi sottomessa din l-eForm.

Ir-risposta ippreżentata onlajn għanda titqies għall-finijiet u effetti kollha tal-liġi daqslikieku ġiet ippreżentata direttament fir-Reġistru tal-istess Bord. Iżda meta r-risposta tiġi ppreżentata onlajn barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tar-Reġistru kif stabbiliti skont il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, dak l-att għandu jitqies illi ġie ppreżentat fl-ewwel ġurnata li jkun imiss tal-ftuħ tal-istess Reġistru.

Nota Importanti

Ir-risposta trid isir bil-lingwa Maltija u trid tkun iffirmata minn Avukat u Prokuratur Legali. Qabel ma' tiġi sottomessa din l-eForm tkun trid tiġi mehmuża kopja skenjata tar-risposta iffirmata.

Dritt għall-Aċċess

Din l-eForm tista' tintuża biss minn Avukati jew Prokuraturi Legali li isimhom huwa reġistrat għand ir-Reġistratur fis-sistema tal-LECAM. Dawk l-Avukati jew il-Prokuraturi Legali li mhux inklużi fil-LECAM jistgħu japplikaw biex jiġu hekk reġistrati fl-Uffiċċju tar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali billi jipproduċu l-Karta ta' Identita u l-indirizz tal-imajl tagħhom.

Int m'intix illogjat. Jekk jogħġbok illogja biex tipproċedi.


Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni