Ittra - Medjazzjoni lir-Reġistratur

Din hija Ittra Medjazzjoni ippreżentata skond l-Artikolu 4 tal-L.S. 12.20 f'każ ta' separazzjoni personali. Din l-ittra għandha tkun indirizzata lir-Reġistratur Qrati Ċivili u Tribunali u fiha jrid ikun hemm l-isem u l-indirizz ta' min ikun qed jippreżenta l-ittra kif ukoll tal-parti l-oħra u talba lill-Qorti Ċivili Sezzjoni Familja biex tawtorizza lilha jew lilu biex jipproċedu. Din l-ittra għandha tkun iffirmata u ppreżentata mill-parti personalment jew minn avukat jew prokuratur legali f'isem dik il-parti.

Skont l-Artikolu 10 tal-L.S. 12.20 din l-istess ittra tal-medjazzjoni tista' tiġi wkoll ippreżentata fil-każijiet li ġejjin bl-istess regoli msemmijin hawn fuq:

  1. Nuqqas ta' qbil bejn partijiet, sew miżżewġin jew le, dwar il-kustodja, manteniment u aċċess ta' wliedhom
  2. Manteniment bejn il-konjuġi
  3. Bidliet f'kull ħaġa regolata minn sentenza ta' separazzjoni personali jew minn kuntratt ta' separazzjoni personali jew minn digriet jew sentenza ta' divorzju
  4. Tibdil fi ftehim dwar kull ħaġa msemmija fil-paragrafu a.

L-ebda ħlas m'hu meħtieġ biex tiġi sottomessa din l-eForm.

L-ittra ippreżentata onlajn għanda titqies għall-finijiet u effetti kollha tal-liġi daqslikieku ġiet ippreżentata direttament fir-Reġistru tal-istess Qorti. Iżda meta l-ittra tiġi ppreżentata onlajn barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tar-Reġistru kif stabbiliti skont il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, dak l-att għandu jitqies illi ġie ppreżentat fl-ewwel ġurnata li jkun imiss tal-ftuħ tal-istess Reġistru.

Nota Importanti

L-ittra trid isir bil-lingwa Maltija u trid tkun iffirmat minn Avukat, Prokuratur Legali jew Ċittadin. Qabel ma' tiġi sottomessa din l-eForm tkun trid tiġi mehmuża kopja skenjata tal-ittra iffirmata.

Dritt għall-Aċċess

Din l-eForm tista' tintuża minn Professjonisti Legali jew Ċittadini.

Int m'intix illogjat. Jekk jogħġbok illogja biex tipproċedi.


Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni