Din l-applikazzjoni tintuża sabiex tiġi ppreżentata ittra uffiċjali fir-Reġistru tal-Prim' Awla. Flimkien ma' l-ittra jistgħu jiġu mehmuża d-dokumenti kollha magħha.
Il-ħlas dovut għal din l-ittra isir meta tiġi sottomessa din l-eForm.
L-ittra ippreżentata onlajn għanda titqies għall-finijiet u effetti kollha tal-liġi daqslikieku ġiet ppreżentata direttament fir-Reġistru tal-istess Qorti. Iżda meta l-ittra tiġi ippreżentata onlajn barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tar-Reġistru kif stabbiliti skont il-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, dak l-att għandu jitqies illi ġie ppreżentat fl-ewwel ġurnata li jkun imiss tal-ftuħ tal-istess Reġistru.
Nota Importanti
L-ittra trid isir bil-lingwa Maltija u trid tkun iffirmata minn Avukat u Prokuratur Legali. Qabel ma' tiġi sottomessa din l-eForm tkun trid tiġi mehmuża kopja skenjata tal-ittra iffirmata.
Dritt għall-Aċċess
Din l-eForm tista' tintuża biss minn Prokuraturi Legali li isimhom huwa reġistrat għand ir-Reġistratur fis-sistema tal-LECAM. Dawk il-Prokuraturi Legali li mhux inklużi fil-LECAM jistgħu japplikaw biex jiġu hekk reġistrati fl-Uffiċċju tar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali billi jipproduċu l-Karta ta' Identita u l-indirizz tal-imajl tagħhom.