Il-Ministeru huwa impenjat li jagħmel is-sit https://justice.gov.mt aċċessibbli, skont id-Direttiva (UE) 2016/102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Din id-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà tapplika għal kull websajt tal-Ministeru u Dipartimenti.
Il-Ministeru huwa impenjat bis-sħiħ li jagħmel is-servizzi tiegħu onlajn aċċessibbli għal kulħadd. Aħna ddedikati biex intejbu kontinwament l-aċċessibbiltà tas-servizzi tagħna. Dan qed isir billi jiġu adottati l-aħjar prattiki kif ikkomunikati mill-partijiet interessati, bħall-FITA u utenti oħra.
Aħna m'aħniex konxji ta' kontenut speċifiku inaċċessibbli jew kwistjonijiet ta' aċċessibilità fuq il-websajts tagħna. Jekk tidentifika kontenut bħal dan, ġentilment għarrafna permezz tad-dettalji ta' kuntatt ipprovduti hawn taħt. Jekk tinqala' tali istanza l-għan tagħna huwa li ninvestigaw il-kwistjoni bil-għan li nidentifikaw il-kwistjoni ta' aċċessibilità u nġibu dan f'konformità.
Din id-dikjarazzjoni tħejjiet nhar 8 ta' Frar 2023.
Id-dikjarazzjoni ġiet riveduta l-aħħar nhar 8 ta' Frar 2023.
Inevitabbilment, għalkemm isir minn kollox sabiex dan ma jseħħx, mhux dejjem ser ikun kollox sewwa, iktar ma npoġġu servizzi u riżorsi onlajn, iktar jista' jkun li jinqalgħu xi problemi, imma nibqgħu impenjati li nindirizzaw kwalunkwe kwistjoni ta' aċċess fil-pront. Ikun proprju hawn fejn nixtiequ l-għajnuna tiegħek. Jekk ikollok xi diffikultajiet fl-aċċess għall-websajts tagħna, jew ikollok problemi biex tuża kwalunkwe aspett tal-websajt, nixtiequ li tgħarrafna.
Ħossok liberu biex tikkuntattjana bl-imejl fuq info.courts@courtservices.mt jew billi tissottometti l-Formola tar-Reazzjonijiet Onlajn. Tista' wkoll tkellimna fuq it-telefown +356 2590 2000.
L-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta (MCA) hija l-entità responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibilità tal-websajts u l-applikazzjonijiet tal-mowbajl ta' korpi tas-settur pubbliku.
Fil-każ li l-mistoqsija tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tal-ICT ma tiġix indirizzata jew tixtieq tressaq ilment formali, tista' tagħmel dan billi tikkuntattja lill-MCA billi timla l-formola tal-ilmenti onlajn.
Il-websajts tagħna huma ddisinjati biex jaħdmu bl-aħħar pjattaformi bħal Edge, Safari, Firefox u Chrome.
Bħala parti minn dan l-isforz, aħna nżommu mal-istandard ta' aċċessibilità EN310549 u l-linji gwida ta' WCAG2.1. Ir-riżorsi u l-formoli onlajn tagħna huma evalwati kemm manwalment kif ukoll b'mod programmatiku għall-konformità mal-linji gwida WCAG 2.1 Livell AA. Il-websajts tagħna huma ddisinjati biex jaħdmu tajjeb u jkunu aċċessibbli meta jiġu aċċessati bi prodotti aġġornati b'mod xieraq.
Filwaqt li nirrikonoxxu wkoll li l-aderenza mal-istandards u l-linji gwida, waħedha ma tistax tiżgura li prodott ikun aċċessibbli, aħna nwettqu wkoll evalwazzjonijiet tal-użabilità b'kollaborazzjoni mal-utenti, sabiex niġbru rispons meħtieġ. Naħdmu wkoll biex nimplimentaw l-aċċessibilità għal kanali ta' informazzjoni li huma pprovduti permezz ta' pjattaformi oħra kull fejn ikun possibbli, bħall-midja soċjali.
Il-websajts tagħna ma jiddependux fuq il-widgets tat-tipa, it-tkabbir u l-modifika tal-kulur. Dan għaliex dawn il-funzjonalitajiet huma diġà integrati fil-biċċa l-kbira tal-pjattaformi jew huma disponibbli permezz ta' add-ons u plugins differenti li utenti differenti huma liberi li jippersonalizzaw għall-bżonnijiet tagħhom. Bħala riżultat, dawn il-personalizzazzjonijiet arbitrarji tal-utent huma disponibbli għall-biċċa l-kbira tal-websajts, mhux biss għal dak tal-Ministeru tagħna. Sabiex nippermettu dan il-livell ta' adattament, aħna nfittxu li nimmassimizzaw il-kompatibilità ma' dawn il-modifiki tal-utent.
Bħala parti minn u minbarra l-linji gwida msemmija hawn fuq, il-websajts tagħna jimplimentaw il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà li ġejjin: