Reference: Volume 46B (1962), Part No. 1, Section , Page 427

Judgement Details


Date
10/12/1962
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
ANTONIO POLIDANO vs MARIA ROSARIA GAUCI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - AT=RT. 184, 792(2), 227(2) U (5), U 793 TAL-KAP. 15 - CITAZZJONI - NOTA TA' L-ECCEZZJONIJIET - NOTIFIKA - NULLITA' - SENTENZA
Summary
Il-ligi trid illi, meta tigi notifikata kopja wahda ta' att gudizzjarju ghal aktar minn persuna wahda, jehtieg li a' din ic-cirkustanza ta' notifika kongunta ssir menzjoni anki fl-istess kopja; u fil-prattika hekk ukoll isir. Izda dan in-nuqqas ma jgibx ghan-nullita' tan-notifika, jekk din l-irregolarita ma tkunx giebet ebda pregudizzju lill-parti nteressata. Hekk fil-kaz li dan in-nuqqas javveraruhu fin-notifika ta' att ta' citazzjoni ma jkunx hemm nullita' tan-notifika jekk il-konvenuti jipprezentaw in-nota tal-eccezzjonijiet; u dan avvolja dik in-nota tigi in segwitu sfilata ghal ragunijiet ohra. Jekk il-Qorti tordna l-isfilz tan-nota tal-eccezzjonjiet u l-konvenut jiddikjara li jrid jappella mid-digriet li ordna dak l-isfilz, il-Qorti ma ghandhiex taqta' l-kawza "seduta stante", imma ghandha tissoprassjedi sakemm isir l-appell preannunnzjat, u tistenna li jinqata' dak l-appell majsirx fiz-zmien legali. Il-vjolazzjoni ta' dan il-precett igib in-nullita' tas-sentenza. U f'kaz bhal dan in-nullita' ma tkunx tali li ma ghandhiex tigi pronunzjata jekk is-sentenza tinstab li hi sostanzjalment gusta; u l-atti ghandhom jigu rinvijati lil Ewwel Qorti biex il-kawza tigi trattat mill-gdid, izda qabel trid tigi determinata fl-appell il-kwistjoni jekk il-konvenut kienx kontumaci jewle minhabba illi l-isfilz tan-nota tal-eccezzjoni huwa jigi kontumaci, jigifieri jrid jigi maqtugh mill-appell jekk id-digreit tal-isfiz ghandux jigi mantenut jew le.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info