Referenza: Volum 42D (1958), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 1124

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/11/1958
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
BENEDETTA FARRUGIA ET. vs GIUSEPPA AGIUS ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AMMINISTRAZZJONI - ART. 531 TAL-KODICI CIVILI - DIVIZJONI - DRITTIJIET TAL-MAGGJORANZA - KONSORZJU - LIKWIDAZZJONI TA` WIRT - SOPRASSESSJONI
Fil-Qosor
Ghalkemm ikun hemm pendenti gudizzju ta' likwidazzjoni u divizjoni ta' wirt, ma hemm xejn fil-ligi li jipprekludi lil wiehed mill-kondividenti milli jipproponi gudizzju separat biex tigi diskussa kwistjoni dwar l-amministrazzjoni u l-ahjar dgawdija ta' fond li hu mdahhal fil-massa ereditarja nvoluta' fil-gudizzju tal-likwidazzjoni u divizjoni. Lanqas ma huwa l-kaz li l-Qorti tissoprassjedi fuq dak il-gudizzju separat, jekk ikun impjantat tajjeb, sakemm tispicca l-kawza tal-likwidazzjoni u divizjoni tal-wirt. Jekk uhud mill-kondividenti jkunu ppossessaw ruhhom u okkupaw fond komuni kontra l-volonta' tal-komproprjetarji l-ohra li jiffurmaw il-maggjoranza, dawn jistghu jitolbu provvedimenti lill-Qorti dwar l-amministrazzjoni u l-ahjar dgawdija tal-fond komuni, imma ma jistghux jitolbu illil-Qorti, billi huma jikkostitwixxu l-maggjoranza, taghti provvediment fis-sens li tordna lil dawk il-konsorti li okkupaw il-fond johorgu minnu biex l-istess jigi okkupat mill-konsorti li jiffurmaw il-maggjoranza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni