Reference: Volume 42D (1958), Part No. 2, Section , Page 928

Judgement Details


Date
21/02/1958
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
NAZZARENO CATANIA vs MICHAEL DEGIORGIO ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"ANIMUS NOVANDI" - ART. 1223 (2), 1277(1), U 1132 TAL-KODICI CIVILI - ASSUNZJONI TA' DEJN - FIDEJUSSJONI - NOVAZZJONI - SOLIDARJETA'
Summary
Biex ikun jista' jinghad li kien hemm novazzjoni, irid ikun hemm l-"animus novand"; u l-intenzjoni li ssir in-novazzjoni ghandha tidher bic-car, u mhix bizzejjed l-intenzjoni ta' wahda biss mill-partijiet. Huwa veru li mhux mehtieg li din l-intenzjoni tkun espressa, u li tista' tkun anki tacita', pero' irid ikun hemm kontradizzjoni assoluta bejn il-fatt tal-partijiet u l-volonta' taghhom li jzommu ferma l-obligazzjoni originarja. Jekk mbghad il-kunsens tad-debitur mhuwiex bil-fors mehtieg, huwa dejjem indispensabbli l-kunsens tal-kreditur u tal-espromittent; u fin-nuqqas ikun hemm biss dik li tissejjah "ad promissio", jigifieri zieda ta' debitur iehor jew ta' garanti. U fil-kaz li l-elementi kollha ma jirrizultawx b'mod car u univoku, in-novazzjoni ma ghandhiex tigi prezunta. Jekk ikunkaz ta' persuna li toffri ruhha li thallas minflok id-debitur jekk dan ma jhallasx, dik l-offerta ma tammontax ghal novazzjoni. Offerta simili tista' tohloq biss f'idejussjoni, u mhux assunzjoni ta'dejn b'liberazzjoni tad-debitur principali; u dan apparti l-invalidita' ta' dik l-offerta bhala fidejussjoni jekk ma tkunx saret bil-miktub. Jekk zewg persuni jobligaw ruhhom li jhallsu l-prezz ta'oggett, billi kull wahda tobliga ruhha li thallas parti minn dak il-prezz, il-kreditur ma jistghax jagixxi ghal dak il-prezz, fil-kaz li ma jithallasx, kontra taghhom it-tnejn solidalment ghas-somma kollha. Imma ghandu jagixxi kontra kull wiehed minnhom ghall-parti li jkun obliga ruhu li jhallas.Ghax biex ikun hemm is-solidarjeta', din trid tkun giet mifthema espressament, jew trid tkun dikjarata mill-ligi; diversament ma tistghax tkun prezunta. U f'kaz simili ebda wiehed minn dawn il-kazi ma jirrikorri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info