Referenza: Volum 32F (1946), Parti Nru. 4, Taqsima 2, Paġna 1064

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/12/1946
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs JOHN SCERRI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 266 (4) TAL-KODICI KRIMINALI, U ART. 15 TAL-KAP. 117 - GURNAL - INGURJA - LIBELL - PIENA - PROVA - VERITA' TAL-KONVICJU
Fil-Qosor
F'materja ta' libell dwar ingurja bl-istampa ghandha ssir distinzjoni bejn dik li hija "allegation of fact" u dak li huwa "comment". Biex tirnexxi d-difiza tal-verita' tal-konvicju hemm bzonn li l-fatt jigi pruvat; u biex il-komment ikun gustifikat hemm bzonn li jkun "fair and bona fide". Jekk imbaghad l-imputazzjoni tigi sostanzjaliment pruvata, allura inezettezza zghira dwar dettall li ma jkunx materjali ma hix ta' ostaklu li d-difiza tirnexxi. Il-falsita' tal-kliem ingurjuz hija prezunta favur il-kwerelant; dan ma ghandux bzonn jipprova din il-falsita'; imma l-kwerelat jista' jirribattidik il-prezunzjoni bi provi kuntrarji. Biex jigi stabbilit jekk l-artikolu huwiex libellus ghandu jittiehed kollu kemm hu fil-kumpless tieghu, billi jithares l-effett generali ta' l-artikolu kollu fuq il-qarrej. Certu latitudini ghandha tinghata lill-gurnalista, specjalment f'kaz ta' materji politici; imma taht limiti ragjonevoli. Ghandu wkoll jitqies dak li jkun fehem il-qarrej ta' l-artikolu,u mhux daki li kellu f'mohhu min kitbu. Meta t-tentativ tal-prova tal-konvicju jikkostitwixxi specifikazzjoni ta' fatti determinati in sostenn ata' l-imputazzjoni generika, il-falliment ta' dak it-tentativ huwa raguni ta' awment tal-piena kontra l-kwerelat. Imma dan ma jistax isir fil-kaz ta' libell, billi fil-ligi ta' l-istampa ma hemmx ripetuta d-dispozizzjoni li hemm fil-Kodici Kriminali f'materja ta' ingurja u li tippreskrivi dan l-awment ta' piena. U jista' jinghata dan l-awment ta' piena fis-sedi ta' l-appell meta l-appell ikun tal-kwerelat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni