Reference: Volume 38B (1954), Part No. 3, Section , Page 710

Judgement Details


Date
14/10/1954
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
JOSEPH MIZZI NE. vs JOSEPH DELICATA PR. ET NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 2253 (A), 2254 (A) U 2214 TAL-KODICI CIVILI - INTERRUZZJONI - LOKAZZJONI D'OPERA - PRESKRIZZJONI - RIKONJIZZJONI TAD-DEJN - RINUNZJA
Summary
Il-preskrizzjoni ta' tmintax il-xahar li tolqot l-azzjonijiet tal-hajjata, skrapar, mastrudaxxi, bennejja, bajjada, haddieda, argentiera, arluggara, u persuni ohra li jahdmu sengha jew arti mekkanika,ghall-prezz ta' l-opri jew tax-xoghlijiet taghhom, jew tal-materjal li jfornu, tirriferixxi ghall-lokazzjoni ta' l-opera li biha dawk il-persuni jkunu obligaw ruhhom li jaghtu x-xoghol taghhom, u mhux ghall-"locatio operis" li biha l-imprenditur jobliga ruhu li jaghti, mhux ix-xoghol, izda l-prodott tax-xgohol - meta l-lokazzjoni d'opera tkun konnessa ma' organizzazzjoni ta' mezzi teknici li timprimi lill-lokazzjoni l-karattru ta' att oggettivament kummercjali. Ghal din l-ahhar imsemmija xortata' lokazzjoni d'opera hija applikabili l-preskrizzjoni ta' sentejn li tolqot l-azzjonijiet tal-bennejja ta' bastimenti jew bcejjec ohra tal-bahar, u tal-kuntratturi ta' bini jew ta' xoghlijiet ohrata' injam, gebel jew materjal iehor, ghall-opri mahdumin minnhom jew ghall-materjal li jfornu. Is-semplici fatt li l-pretiz debitur jitlob in-notamenti dwar il-kreditu pretiz kontra tieghu, minghajrebda kelma ohra li tista' tispjega l-ghaliex huwa ried dawk in-notamenti, ma jgibx ghar-rikonjizzjoni tad-dejn, jew ghal rinunzja tal-preskrizzjoni ga' maturata. Jekk dik it-talba ma tkunx akkompanjata minn xi kliem iehor fis-sens li, jekk minn dawk in-notamenti jirrizulta li ghandu jaghti, huwa jhallas, allura ma jkunx hemm lok ghar-rikonjizzjoni tad-dejn jew ghal rinunzja tal-preskrizjoni li tkun ga ghalqet. Ir-rinunzja ghall-preskrizzjoni tista' tkun anki tacita. Biex tkun tacita, jehtiegli tirrizulta minn xi fatt li jissupponi l-abbandun tad-dritt akkwistat, minn xi attijiet jew fattijiet li ma jistghux jittiehdu b'haga ohra hlief bhala rinunzja tal-preskrizzjoni jew ommissjoni tad-dejn.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info