Reference: Volume 44D (1960), Part No. 4, Section , Page 818

Judgement Details


Date
24/02/1960
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs ANTHONY MALLIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 25 U 24(3) TAL-KODICI KRIMINALI - ATT IV TAL-1947 - DELITT - IMPORTAZZJONI - KONFISKA - KONTRAVVENZJONI - VJOLAZZJONI TAL-KONDIZZJONIJIET TAL-LICENZA
Summary
In linea ta` massima, jekk reat ikun punibbli bil-piena tad-deltti, allura ghandu jkun ritenut li hudelitt; imma dan hu minnu sakemm ma jkunx hemm xejn fil-ligi partikulari li tikkontempla dak ir-reat li jwassal ghal konkluzjoni diversa. Ghaldaqstant, ir-reat ta` min, bhala importatur, jonqos milli josserva l-kondizzjoijiet kollha li hemm fil-licenza li ghandu ta` importazzjoni ghalkemm il-ligitikkomina ghal dan ir-reat pieni li huma irrogabbli ghad-delitt, huwa kontravvenzjoni, gahx skond il-ligi rilevanti dan ir-reat ghandu jkun kwalifikat bhala kontravvenzjoni. u allura, gahll-imputabbilita` ta` dan ir-reat hi bizzejjed il-volontarjeta` tal-fatt; hu bizzejjed li l-imputat kien il-kawza efficjenti volontarja tal-fatt kontravvenzjonali, minghajr ma hemm bzonn illi jkun hemm fl-imputat il-kuxjenza tal-illegittimita` tal-fatt stess. jekk hu ried il-fatt biss, allura hu fi stat kontravvenzjonali. B'mod illi l-indagini tal-Qorti ghandha tkun ristretta filli l-gudikant jara jekk l-imputat riedx il-fatt, meru u semplici. F'din l-indagini ma ghandhiex tidhol id-dispozizzjoni li tirrigwarda r-responsabbilita` ghall-fatt tas-subalterni u dipendenti tan-neguzjant li jinkorri f'din il-kotnravvenzjoni; ghax hu car illi r-relazzjonijiet bejn il-merkant malti li jaghti l-ordni lill-merknat esteru ma humiex relazzjonijiet ta` dipendenza simili. ghaldaqstant, jekk l-imputat ghamel l-ordinazzjoni lid-dar ta` barra fis-sens lil -merkanzija kellha tsal Malta konformi mal-kondizzjonijiet tal-licenza tieghu tal-importazzjoni, hu, fl-ordinazzjoni li ghamel, osserva l-kondizzjonijiet tal-licenza; jigi per konsegwenza li hu ma riedx il-fatt tal-arriv f'Malta tal-merkanzija li waslet mhux konformi ghal dawk il-kondizzjonijiet; u allura tonqos il-volontarjeta` li hi l-element psikiku ghall-kommissjoni tal-kotrnavvenzjoni. PEro`, ghalkemm l-importatur ma hux hati tla-kotrnavvenzjoni lilu addebita, il-konfiska tal-emrkanzija hi applikabbli ghax il-merkanzija fl-istat li waslet hija kontra l-ligi, apparti l-imputabbilita` o meno tal-individwu li mportaha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info