Referenza: Volum 46C (1962), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 583

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/03/1962
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
-
Partijiet
GEORGE BORG ET vs ONOR. EMMANUELE TABONE NE. ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Il-materja tal-kondzzjonijiet tax-xoghol tal-istivaturi u tal-haddiema tax-xatt hija regolata minn ligi appozita ("Stvedores and Port Labourers Ordinance"); u sakemm id-Direttur tal-Emigrazzjoni, Xoghol u Ghajnuna Socjali jaghmel attijiet dwar dawk il-kondizzjonijiet li huwa nvestit mill-ligi li jaghmilhom, u jaghmilhom fil-forma li trid l-istess ligi, dawk l-attijiet minnu kompjuti ma humiex sindakabbli mill-Qrati. Ghax hija ormaj antika u ta' applikazzjoni kontinwa d-distinzjoni ta' zewg personalitajiet fil-Gvern Cjoe' wahda poitika, ghall-attijiet li jezegwixxu "jure imperii" fl-ezercizzjutas-sovranita', u l-ohra guridika, ghall-attijiet li jezegwixxi "jure gestions" fl-ezercizzju ta' funzjonijiet patrimonjali u ekonomici tant ghall-ahjar kommodu tac-cittadini kemm ghall-lukru. Kwantu ghall-ewwel attijiet, "jure imperii" il-Gvern mhuwiex sindakabbli mill-Qrati, u dawn ma jistghuxjiddiskutu l-opportunita' jew il-gustizzja ta' provvedimenti amministrattivi tal-Gvern, jekk l-Awtorita' kienet kompetenti li tiehu l-provvediment li hadet u jekk dan il-provvediment gie mehud fil-forom li jmiss; kwantu ghall-attijiet "jure gestionis", il-Gvern "tamquam privatus egisse censetur", huwa sottopost ghall-ligi u ghall-gurisdizzjoni civili jew kummercjali, skond in-natura tal-att li jezegwixxi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni