Reference: Volume 37C (1953), Part No. 1, Section , Page 568

Judgement Details


Date
13/06/1953
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
WISQ REV. PADRE LEONE ZAMMIT, O.F.M. CONV., NE. vs ANTONIO FARRUGIA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1661 TAL-KAP. 23, U ART. 2 TAL-KAP. 109 - FAMILJA - INKWILINAT - KOMPETENZA - LOKAZZJONI - NEPUTI
Summary
It-tribunal kompetenti biex jiehu konjizzjoni ta' kwistjonijiet li jirrigwardaw jekk l-inkwilin ghandux jew le titolu biex jiddetjeni l-fond huwa l-Qorti ordinarja. Il-kuntratt tal-kiri ma jinhallx billi jmut sid il-kera jew il-kerrej; u ghalhekk id-dritt ta' l-inkwilinat jghaddi favur il-werrietata' l-inkwilin li miet; u mhux biss favur il-werrieta li kienu jikkoatitaw mieghu, imma anki favur dawk li ma kienux kommoranti mieghu. Il-Ligi tal-Kera, imbaghad, li taghti dan id-dritt ta' l-inkwilinat lill-membri tal-familja li kienu jghixu ma' l-inkwilin li miet ghandha tigi nterpretata mhux restrittivament; u fil-kelma "familja" ghandu jitqies li jidhol anki n-neputi ta' l-inkwilin li miet;b'mod illi d-dritt ta' l-inkwilinat, mal-mewt tal-kerrej, jghaddi tant favur il-werrieta tieghu, kienu jew ma kienux jikkoabitaw mieghu, kemm ukoll favur il-membri tal-familja tieghu li kienu jikkoabitaw mieghu. Fil-kaz li jkun hemm konkors bejn persuni li jkollhom dritt ghall-inkwilinat skond il-ligi ordinarja u ohrajn li jkollhom dak id-dritt skond il-ligi tal-kors, il-kwistjoni tigi rizoluta b'regoli ohra gurisprudenzjali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info