Referenza: Volum 36D (1952), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 749

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/05/1952
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs JOHN RIPARD
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"OVERTAKING" - SEWQAN PERIKOLUZ - TRAFFIKU
Fil-Qosor
Jekk il-kondizzjonijiet tat-triq, f'certa lokalita' deteminata jkunu anormali, mentri minn naha wahda jimponu, kif indubbjament jimponu, fuq id-driver ta' car grad akbar ta' attenzjoni minhabba l-potenzjalita' akbar ta' emergenzi, min-naha l-ohra jistghu jaghtu lill certi fatti spjegazzjoni diversaminn dik li kien ikollhom f'cirkustanzi ta' triq normali. U hekk, fic-cirkustanzi partikulari tal-lokalita' li tkun, il-kwistjoni ta' l-"overtaking" tiehu aspett ferm specjali; ghax fic-cirkustanzi jista'jkun aktar perikoluz kieku l-car ta' wara kellu johrog mid-direzzjoni tieghu, jaqleb b'devjazzjoni kbira ghall-lemin biex jghaddi l-car ta' quddiemu, u mbaghad jerga' jaghmel devjazzjoni ohra biex imur fuq ix-xellug. F'cirkustanzi simili jista' jkun aktar "safe" li l-car ta' wara jipprosegwi fid-direzzjoni tieghu; avvolja jigi fuq ix-xellug tal-car ta' quddiemi, u b'hekk isir l-"overtaking"minn fuq ix-xellug u mhux minn fuq il-lemin. Dan, s'intendi, jghodd sakemm ma jkunx hemm fatturi ohra, jew cirkustanzi jew indikazzjonijiet ohra, li jirrendu din il-manuvra perikoluza. Mhux kull vjolazzjoni tar-regolamenti tat-traffiku stradali tikkostitwixxi sewqan perikoluz; ghax dik il-vjolazzjoni tista' tkun gustifikata fic-cirkustanzi tal-kaz.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni