Reference: Volume 41E (1957), Part No. 2, Section , Page 1035

Judgement Details


Date
06/06/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
PAUL DEMARCO vs FRANCESCO FITENI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 155(1) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - ART. 572(1) TAL-KODICI CIVILI - CITAZZJONI - DIKJARAZZJONI - GUDIKAT - KAWZALI - NULLITA' - PUSSESS - SPOLL
Summary
Ic-citazzjoni ghandu jkun fiha car u sewwa l-oggett u r-raguni tat-talba; u dan ir-rekwizit huwa rikjest taht piena ta` nullita`. Ima ma jkunx hemm lok ghal din in-nullita` jekk il-kawzali, ghalkemmma tkunx cara bizzejjed fic-citazzjoni, tkun spejgata fid-dikjarazzjoni; ghaliex id-dijarazzjoni hija kunsidrata bhala haga wahda mac-citazzjoni. Ghaldaqstant, f'kawza ta` spoll, mhix nulla c-citazzjoni fuq il-motiv li l-fond fejn hu allegat ligie kommessl-ispoll ma hux indikat fic-citazzjoni, jekkmid-deskrizzjoni tal-fond li hemm fid-dikjarazzjoni l-konvenut ma setghax bl-ebda mod jekwivoka l-fond in kotenstazzjoni u jipprepara ruhu adegwatament ghad-difiza. L-azzjoni ta` spoll hija mill-ligi rikonoxxuta lil kwalunkwe persuna li jkollha l-pussess ta` liema xorta jkun, jew id-detenzjoni, ta` haga mobili jew immobili. Dan il-pussess jista` jkun anki illegittimu u abuziv; basta ili, bhalafatt materjai, dak il-pusess ikun fil-persuna vittima tal-ispoll. Ghaldaqstant, jekk fond ikun giemoghti b'enfitewsi mill-konvenut lill-attur, u l-konvenut wara dan it-trasferiment jigi kundanant juniforma ruhu mal-ligi billi l-fond hekk trasferit fih xi parti minnu kontra l-ligi, taht penali ghalkull jum ta` ritard, u l-konvenut, biex jobdi dik is-sentenza, jikkommetti spoll ghad-dannu gahl-attur, xejn ma tkun tiswa lill-konvenut l-allegazzjoni lihuwa kkommetta l-ispoll, u ghamel l-atti deplorati mill-attur, sabiex jezegwixxi s-sentenza kriminali moghtija kontra tieghu; ghax dik is-sentenza ma torbotx lill-attur, jekk dan ma kienx fil-kawza kriminali; u ghalieh kull ma sar f'dik il-kawzama jista` jkun ta` ebda pregudizzju. Gahx anki f'materja penali, biex jirrikorri l-element tal-gudikat, jehtieg li jirrikorri l-element tal-gudikat, jehtieg li jirrikorri l-element tal-identita` tal-persuna. Lanqas jista` jinghad li l-attur kien rapprezentat fil-kawza kriminali mill-kovnenut bhala aventi kawza tieghu, u li kwindi l-gudikat fil-kawza kriminali kien jolqot ukoll lill-attur bhal kieku dan kien parti f'dik il-kawza; ghax is-sentenza tibqa` ghalieh "res inter alios judicata". Lanqas ma tiswa lillkonvenut il-pretensjoni li huwa ezegwixxa dik is-sentenza biex jevita` d-dekorriment tal-penali; ghaliex keient htija tieghu jekk huwa ma ddimostrax fil-kawza kriminali li hu ma kienghadu s-sid tal-fond uli dan kien gie minnu trasferit li hadd iehor, i.e. lill-attur; u konsegwentment il-konvenut ghandu jsofri l-konsegwenzi tal-htija tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info