Reference: Volume 42B (1958), Part No. 1, Section , Page 321

Judgement Details


Date
19/05/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM, MAMO ANTHONY J.
Parties
CARMELO CIAPPARA ET vs GRAZIA BORG ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AMMINISTRAZZJONI - ART. 1014, 9(2), 11, 1379, 1386(2), U 1388 TAL-KODICI CIVILI - KOMMUNJONI TAL-AKKWISTI - LOKAZZJONI - MARA - NULLITA' - PROMESSA TA' LOKAZZJONI
Summary
Il-promessa ta' lokazzjoni ma tammontax ghal lokazzjoni, dik il-promessa hja valida, u hi kapaci ta'ezekuzzjoni specifika. U ma hemmx bzonn li l-lokazzjoni ssir bil-miktub. Jekk weghdha ta' lokazzjoni tkun saret minn mara mizzewga minghajr il-kunsens u d-dehra ta' zewgha fuq l-att, jew minghajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti kompetenti, hija nulla. Ghax taht ir-regim tal-komunjni tal-akkwisti l-amministrazzjoni tal-beni, anki parafernali tal-mara, tmiss lir-ragel; u ghalhekk il-ftehim ta' lokazzjoni, anki tal-beni parafernali tal-mara, messu sar mar-ragel. Izda l-mizzewgin jistghu jidderogawghal din id-dispozizzjoni tal-ligi, u jistghu ghalhekk jaghmlu arrangament bejniethom li l-mara tikkonserva ghaliha nnifisha l-amministrazzjoni tal-beni parafernali taghha; u allra l-lokazzjoni f'kaz bhal dan tkun negozju personali taghha. B'dan kollu, ghall-validita' tal-bligazzjoni tal-mara jrid ikun hemm dejjem il-kunsens bil-miktub tar-ragel. Jekk, mbghad, dan ikun ta lill-martu awtorizzazzjoni, anki jekk pruvata, trid tkun saret bil-miktub; u fin-nuqqas ta' din il-kitba l-obliazzjoni tal-mara hija nulla. Ghaldaqstant, jekk il-mara taghti b'lokazzjoni fond taghha parafernali minghajrl-intervent jew il-kunsens bil-miktub ta' zewgha, dik il-lokazzjoni hija nulla, u dan avvolja r-ragel ikun taha awtorizzazzjoni generali, imma anki din ma tkunx inghatat bil-miktub. Barra minn dan,jekk il-mara tkun tat b'kiri parti minn fond flimkien ma' persuna ohra li taghti b'kiri l-parti l-ohra tal-fond, in-nullita' tal-lokazzjoni ghar-rigward tal-parti li tappartjeni lil dik il-mara ggibmaghha n-nullita' anki tal-loazzjon tal-parti l-ohra tal-fond, avvolja ghar-rigward ta' din il-partil-ohra il-lokazzjoni fiha nnifisha hija valida.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info