Reference: Volume 42B (1958), Part No. 1, Section , Page 560

Judgement Details


Date
14/11/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
MICHELE CASHA vs EDGAR BALDASSARE NAUDI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DANNI FIL-FOND IRKUPRAT - NULLITA' - RETRATT
Summary
Jekk wiehed jirkupra fond ju l-akkwirent jirrivendihulu, u insegwitu l-irkupru u r-rivendizzjoni jigu dikjarati nulli b'sentenza, b'mod li dak l-akkwirent jerga jiehu l-fond li kien irrivenda, u fil-kors li l-fond kien ghandu ir-retraent dan ghamel xi tiswijiet jew xogholijiet fih likienu difettuzijew ezegwiti hazin, id-domanda tal-akkwirent tal-fond biex dak li kien retraent isewwi l-hsarat li jirrizultaw li saru minnu fil-fond waqt il-pussess tieghu, tiddependi sostanzjalmetn minn tliet kwistjonijiet, li l-Qorti ghandha tezamina sabiex jigi xjoli in-"nodum juris" konness mad-domanda tal-attur; u cjoe' (1) jekk ir-retratt kienx sar vessatorjament jew in mala fede, jew b'leggerezza mhux skuzabbli; (2) x'kienu r-relazzjonijiet guridici bejn il-kontendenti fiz-zmien li fih; (3) u x'effett seta' kellu fuq dawn ir-relazzjonijiet il-gudikat li ddikjara null ir-retratt u nulla r-rivendizzjoni. Kwantu ghall-ewwel kwistjoni, hu intuwittiv illi, hekk l-irkupru sar in mala fede jew vessatorjament, jew b'leggerezza mhux skuzabbli allura, kwante volte tkun fondata l-akllegazzjoni ta' negligenzatal-konvenut retraent fl-ezekuzzjoni ta' dawk ix-xogholijiet, tqum il-kwistjoni jekk hemmx in-"nexus" guridiku ta' responsabilita' ghad-danni akwiljani; infatti f'kaz simili jkun irid jigi ezaminat jekk il-konvenut ikunx responsabbli ghall-konsegwenzi kollha ta' dik l-illicejita' inizjali. Imma jekk ma jirrizultax li r-retratt gie ezercitat vessatorjament, ma jkunx hemm da parti tar-retraent konvenut dik ir-responsabilita' inizjali ta' indoli akwiljana. Dwar it-tieni kwistjoni, hu principju elementari li bl-ezercizzju tal-irkupru u bier-rivendizzjoni konsegwienzjali, ir-retraent jidhol minflok il-kumpratur originali, li jitqies "ac si nunquam emisset", u ghalhekk, salvi l-obligazzjonijiet ta' certi rimborzi u ta' certi kontijiet preskritti mill-ligi f'kaz ta' retratt, ebda rapporti guridici ohra, li b'xi mod kienu jistghu jillimitaw lill-konvenut retraent f'dak li kien dritt tieghu li jaghmel "uti dominus" tal-fond irkuprat, ma kien hemm bejn il-kontendenti. U lanqas tista' tigi akkampata xi responsabilita' in bazi ghall-kawzi-kuntratt tan-"negotiorum gestio". Per konsegwenza, ebdaresponsabilita' tar-retraent vis-a vis l-akkwirent originarju ma seta' kien hemm lanqas f'dan l-istudju. A rigward tat-tielet kwistjoni, kieku si trattava ta' nullita' assoluta vera u proprja, f'sensta' inezistenza, forsi kien ikun hemm lok ghall-konsiderazzjoni tal-pont involut f'din it-tielet kwistjoni; imma hu car li hawn si tratta ta' invalidita' li ghaliha kien hemm bzon tal-intervent tat-tribunal biex tigi accertata l-ezistenza jew inezistenza tat-titolu tar-retratt u biex jigi accertatjekk l-izball tal-ligi kienx il-kawza unika u prinicpali. Ghalhekk il-pozizzjoni kreata bl-irkupru ubir-rivendizzjoni baqghet shieha sademm ma gewx dikjarati null; u sakemm att am jigix annullat, jezisti u jipproduci l-effetti kollha tieghu daqs li kieku kien prjenament validu. Ghalhekk, almenu inbazi ghac-citazzjoni kif inkwadrata, ma jidherx li hemm mill-parti tar-retraent vjolazzjoni ta' xi obligu guridiku li hu kellu versu l-akkwirent, sija kontrattwalment sija extra-kontrattwalment; u fit-termini tad-domanda kif koncepita, ma hux kompitu tal-Qorti li tezamina jekk talvolta lill-akwirentli jerga jiehu l-fond irkuprat kontra tieghu jikkompetixxi dritt "utendo furibus" tar-retraent vis-a vis l-persuan li r-retraent ikun qabbad biex jaghmillu dawk ix-xogholijiet, salva kull konsiderazzjoni u eccezzjoni ohra, u kull kontestazzjoni tal-interessati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info