Referenza: Volum 34A (1950), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 27

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/02/1950
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
ONOR EDGAR CUSCHIERI, O.B.E. NE. vs PERIT GUSTAVO R. VINCENTI A & C.E.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
INTERPRETAZZJONI - KUNTRATT
Fil-Qosor
Meta f'kuntatt il-partijiet ma jkunux spjegaw ruhhom car, jew posterjarment ghall-kuntratt jintervjeni avveniment li jkollu bhala konsegwenza kwistjoni li ma tkunx giet preveduta u li hemm bzonn tigimaqtugha, allura l-Qrati ikunu obligati jinterpretaw il-konvenzjoni; u dina ghandha tigi primjerament interpretata skond l-intenzjoni tal-partijiet li jkunu hadu parti fil-kuntratt u li tkun tidher car mill-kumpless tal-knvenzjonijiet. Il-legislatur fil-materja ta' interpretazzjoni ta' kuntratt nizzel certi regoli, li huma pjuttost direttivi, milli assoluti, li ghandhom jigu segwiti skond ic-cirkustanzi, u principalment il-principju illi meta t-termini tal-kuntratt huma oskuri jrid jigi kunsidrat dak li l-partijiet kontraenti riedu ..... jekk il-volonta' taghhom tista' tigi nterpretata per mezz ta' xi uzu ta' l-istess partijiet, jew tal-lokalita' fejn huma jghammru u ordinarjament imexxu x-xoghol taghhom, jew b'xi mezzi ohra, huwa konvenjenti li jigi segwit dak li hu l-aktar .......skond dawk il-veduti anzikke' wiehed jottjeni ruhu ghas-sens letterali tal-kliem. Imma meta l-espressjonijiet ......skond is-sens lilhom attribwit mill-uzu fl-epoka tal-kuntratt, huma cari, ma hemmx lok ghalebda interpretazzjoni. Bl-inkorta ta' dawn il-principji generali gie nterpretat f'din is-sentanza l-kuntratt tal-koncessjoni enfitewtika li saret tas-sit fejn kienu l-...mibnija mill-Kavaljeri u fejnil-lum hemm mibnijin Vincenti's Buildings, limitatament ghall-klawsola 5 ta' dak il-kuntratt u riferibilment ghall-obligu tal-formazzjoni ta' dik il-parti ta' Strait Street li tigi quddiem dak il-bini.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni