Referenza: Volum 39C (1955), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 704

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/06/1955
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
CARMELO BONELLO vs MARKIZ JOHN SCICLUNA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1683(2) U 1684(1) TAL-KODICI CIVILI - LOKAZZJONI - PREFERENZA BWONA FEDE - REKWIZIZZJONI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI
Fil-Qosor
Meta s-sid ta' fond rekwizizzjonat jirrikonoxxi bhala inkwilin tieghu lill-persuna li tkun okkupat ilfond bil-permess tal-Housing Department, ir-rapporti bejn dik il-persuna u l-Housing Department jispiccaw, molto pju' jekk il-fond jigi derekwizizzjonat; u allura jinholqu bejn is-sid u dik il-persuna rapporti veri u propriji ta' lokazzjoni, li jaghtu skond il-ligi lok ghall-ezercizzju tad-dritttal-preferenza. U ghalhekk, min ikun jiddetjeni fond sovrappost ghal dak il-fond huwa ntitolat ghall-preferenza fil-lokazzjoni l-gdida ta' dan l-ahhar imsemmi fond. Xejn ma jiswa li kik il-persuna tkun kriet u okkupat il-fond in bwona fede; ghaliex, andik kieku kien hekk, din ic-cirkustanza mhix bizzejjed biex ittellef id-dritt tal-preferenza moghti mill-ligi; billi dan id-dritt jista' jigi ezercitat ukoll wara li l-kiri l-gdid tal-fond ikun gie miftihem ma' hadd iehor. Anzi s-sid huwa fid-dmirli jinnotifika lil min ghandu dan id-dritt skond il-ligi bil-kondizzjonijiet tal-lokazzjoni offertijew miftehma mal-inkwilin il-gdid; u ghalhekk, meta s-sid jonqos minn dan id-dmir tieghu, specjalmetn meta kien jaf li t-titolar ta' dan id-dritt ried jezercitah, ikun il-kagun tal-proceduri li dak it-titolar tad-dritt jaghmel biex jigi lilu rekonoxxut dan id-dritt; u ghandu jbati l-ispejjez ta' dikil-procedura.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni